Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022AP0323

P9_TA(2022)0323 Assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna u t-tisħiħ tal-fond ta' proviżjonament komuni ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Settembru 2022 dwar Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna, li ssaħħaħ il-Fond ta’ Proviżjonament Komuni permezz ta’ garanziji mill-Istati Membri u permezz ta’ proviżjonament speċifiku għal xi obbligazzjonijiet finanzjarji relatati mal-Ukrajna ggarantiti skont id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE, u li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 (COM(2022)0557 – C9-0303/2022 – 2022/0281(COD)) P9_TC1-COD(2022)0281 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Settembru 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna, li ssaħħaħ il-fond ta’ proviżjonament komuni permezz ta’ garanziji mill-Istati Membri u permezz ta’ proviżjonament speċifiku għal xi obbligazzjonijiet finanzjarji relatati mal-Ukrajna ggarantiti skont id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE, u li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201

ĠU C 125, 5.4.2023, p. 462–462 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 125, 5.4.2023, p. 439–439 (GA)

5.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 125/462


P9_TA(2022)0323

Assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna u t-tisħiħ tal-fond ta' proviżjonament komuni ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Settembru 2022 dwar Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna, li ssaħħaħ il-Fond ta’ Proviżjonament Komuni permezz ta’ garanziji mill-Istati Membri u permezz ta’ proviżjonament speċifiku għal xi obbligazzjonijiet finanzjarji relatati mal-Ukrajna ggarantiti skont id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE, u li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 (COM(2022)0557 – C9-0303/2022 – 2022/0281(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: L-ewwel qari)

(2023/C 125/27)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0557),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0303/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta’ Settembru 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P9_TC1-COD(2022)0281

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Settembru 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna, li ssaħħaħ il-fond ta’ proviżjonament komuni permezz ta’ garanziji mill-Istati Membri u permezz ta’ proviżjonament speċifiku għal xi obbligazzjonijiet finanzjarji relatati mal-Ukrajna ggarantiti skont id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE, u li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni (UE) 2022/1628.)


Top