This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CN0223
Case C-223/22: Request for a preliminary ruling from the Tribunale di Napoli (Italy) lodged on 29 March 2022 — Criminal proceedings against ND
Kawża C-223/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Napoli (l-Italja) fid-29 ta’ Marzu 2022 – Proċeduri kriminali kontra ND
Kawża C-223/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Napoli (l-Italja) fid-29 ta’ Marzu 2022 – Proċeduri kriminali kontra ND
ĠU C 237, 20.6.2022, pp. 37–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
20.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 237/37 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Napoli (l-Italja) fid-29 ta’ Marzu 2022 – Proċeduri kriminali kontra ND
(Kawża C-223/22)
(2022/C 237/47)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Napoli
Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali
ND
Domandi preliminari
|
1) |
Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 18 [TFUE], l-Artikolu 45 [TFUE], l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (1), l-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (2), l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (riformulazzjoni) (3), l-Artikolu 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikoli 30 u 31 tal-Karta Soċjali tal-Kunsill tal-Ewropa, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik li tinsab fl-Artikolu 7(1) moqri flimkien mal-Artikolu 2(1)(a) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 4, tat-28 ta’ Jannar 2019, ikkonvertit, b’emendi permezz tal-Liġi Nru 26 tat-28 ta’ Marzu 2019, sa fejn tagħmel l-aċċess għad-dħul taċ-ċittadinanza suġġett għal kundizzjoni ta’ residenza fl-Italja għal perijodu minimu ta’ għaxar snin (li minnhom l-aħħar sentejn meqjusa fil-mument tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, kif ukoll għall-perijodu kollu tal-ħlas tal-benefiċċju, b’mod kontinwu), b’hekk jirriżervaw liċ-ċittadini Taljani, liċ-ċittadini [tal-Unjoni] li għandhom id-dritt ta’ residenza jew id-dritt ta’ residenza permanenti, jew [liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi] residenti fit-tul li jkunu residenti [fl-Italja] għal inqas minn għaxar snin jew għal għaxar snin, iżda mhux b’mod kontinwu matul l-aħħar sentejn, trattament iktar sfavorevoli minn dak li jgawdu l-istess kategoriji li ilhom residenti hemmhekk għal għaxar snin, li minnhom l-aħħar sentejn b’mod kontinwu? Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda: |
|
2) |
Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 18 [TFUE], l-Artikolu 45 [TFUE], l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/11, l-Artikolu 11(1)(d), id-Direttiva 2003/109, l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2011/95, l-Artikolu 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikoli 30 u 31 tal-Karta Soċjali tal-Kunsill tal-Ewropa, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik li tinsab fl-Artikolu 7(1) moqri flimkien mal-Artikolu 2(1)(a) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 4, tat-28 ta’ Jannar 2019, ikkonvertit b’emendi permezz tal-Liġi Nru 26, tat-28 ta’ Marzu 2019, sa fejn tirriżerva trattament differenti għar-residenti fit-tul, li jistgħu jakkwistaw dritt ta’ residenza permanenti fi Stat tal-Unjoni wara li jkunu residenti għal ħames snin fl-Istat Membru ospitanti, u għal residenti fit-tul li jkunu residenti [fl-Italja] għal għaxar snin, li minnhom l-aħħar sentejn b’mod kontinwu? |
|
3) |
Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 18 [TFUE], l-Artikolu 45 [TFUE], l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/11, l-Artikolu 11(1)(d)), tad-Direttiva 2003/109, u l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2011/95, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik li tinsab fl-Artikolu 7(1), moqri flimkien mal-Artikolu 2(1)(a) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 4 tat-28 ta’ Jannar 2019, li timponi fuq iċ-ċittadini Taljani, [tal-Unjoni] u [tal-pajjiżi terzi] obbligu ta’ residenza ta’ għaxar snin (li minnhom l-aħħar sentejn b’mod kontinwu) sabiex jikkwalifikaw għall-benefiċċju tad-dħul taċ-ċittadinanza? |
|
4) |
Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 18 [TFUE], l-Artikolu 45 [TFUE], l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/11, l-Artikolu 11(1)(d), id-Direttiva 2003/109, l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2011/95, l-Artikolu 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikoli 30 u 31 tal-Karta Soċjali tal-Kunsill tal-Ewropa, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik li tinsab fl-Artikolu 7(1) moqri flimkien mal-Artikolu 2(1)(a) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 4, tat-28 ta’ Jannar 2019, sa fejn timponi li ċ-ċittadini Taljani, [tal-Unjoni] u [tal-pajjiżi terzi], sabiex jibbenefikaw mill-benefiċċju tad-dħul taċ-ċittadinanza, għandhom jiddikjaraw li ilhom residenti fl-Italja għal għaxar snin, li minnhom l-aħħar sentejn b’mod kontinwu, liema dikjarazzjoni falza tinvolvi konsegwenzi ta’ natura kriminali serji? |
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272.