Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0086

Kawża C-86/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León – Spanja) – Gerencia Regional de Salud de Castilla y León vs Delia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Moviment liberu tal-ħaddiema – Artikolu 45 TFUE – Regolament (UE) Nru 492/2011 – Artikolu 7(2) – Ugwaljanza fit-trattament – Sistema nazzjonali ta’ rikonoxximent tal-karriera professjonali tal-professjonisti tas-saħħa – Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-esperjenza professjonali miksuba fi ħdan id-dipartimenti tas-saħħa ta’ Stat Membru ieħor – Ostakolu)

ĠU C 237, 20.6.2022, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 237/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León – Spanja) – Gerencia Regional de Salud de Castilla y León vs Delia

(Kawża C-86/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-ħaddiema - Artikolu 45 TFUE - Regolament (UE) Nru 492/2011 - Artikolu 7(2) - Ugwaljanza fit-trattament - Sistema nazzjonali ta’ rikonoxximent tal-karriera professjonali tal-professjonisti tas-saħħa - Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-esperjenza professjonali miksuba fi ħdan id-dipartimenti tas-saħħa ta’ Stat Membru ieħor - Ostakolu)

(2022/C 237/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gerencia Regional de Salud de Castilla y León

Konvenut: Delia

Dispożittiv

L-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali dwar ir-rikonoxximent tal-karriera professjonali fi ħdan id-dipartiment tas-saħħa ta’ Stat Membru li tipprekludi t-teħid inkunsiderazzjoni, għall-anzjanità tal-ħaddiem, tal-esperjenza professjonali miksuba minn dan tal-aħħar f’dipartiment pubbliku tas-saħħa ta’ Stat Membru ieħor, ħlief jekk ir-restrizzjoni fuq il-moviment liberu li timplika din il-leġiżlazzjoni tissodisfa għan ta’ interess ġenerali, tkun tippermetti li jintlaħaq dan l-għan u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan tal-aħħar.


(1)  ĠU C 189, 17.5.2021.


Top