Изберете експерименталните функции, които искате да изпробвате

Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.

Документ 62021CA0072

Kawża C-72/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (Senāts) – il-Latvja) – SIA “PRODEX” vs Valsts ieņēmumu dienests (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Tariffa doganali komuni – Nomenklatura Magħquda – Intestaturi tariffarji – Subintestatura 4418 20 – Portata – Bibien u ċ-ċaċċiżi, x-xambrelli u s-sollijiet tagħhom – Pannelli MDF u l-gwarniċi – Regola ġenerali 2(a), l-ewwel parti, għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda – Oġġett mhux komplut jew mhux mitmum – Kunċett)

ĠU C 237, 20.6.2022г., стр. 14—15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 237/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (Senāts) – il-Latvja) – SIA “PRODEX” vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-72/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Tariffa doganali komuni - Nomenklatura Magħquda - Intestaturi tariffarji - Subintestatura 4418 20 - Portata - Bibien u ċ-ċaċċiżi, x-xambrelli u s-sollijiet tagħhom - Pannelli MDF u l-gwarniċi - Regola ġenerali 2(a), l-ewwel parti, għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda - Oġġett mhux komplut jew mhux mitmum - Kunċett)

(2022/C 237/18)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa (Senāts)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SIA “PRODEX”

Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests

Dispożittiv

Is-subintestatura 4418 20 tan-Nomenklatura Magħquda, moqrija flimkien mal-ewwel parti tar-regola ġenerali 2(a) għall-interpretazzjoni ta’ din in-nomenklatura, li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 tal-4 ta’ Ottubru 2013 għandha tiġi interpretata fis-sens li tkopri, bħala oġġetti distinti, merkanzija deskritta bħala pannelli u gwarniċi tal-injam, li l-profil u l-finitura dekorattiva tagħha jindikaw oġġettivament li huma intiżi għall-manifattura ta’ ċaċċiżi, ta’ xambrelli u ta’ sollijiet ta’ bibien, anki jekk inkompluti jew mhux lesti, bil-kundizzjoni li din il-merkanzija subiet xogħlijiet li jrenduha esklużivament utilizzabbli bħala tali u li tippreżenta b’hekk il-karatteristiċi sostanzjali ta’ oġġetti lesti.


(1)  ĠU C 138, 19.04.2021.


Нагоре