Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0674

Kawża C-674/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour constitutionnelle – il-Belġju) – Airbnb Ireland UC vs Région de Bruxelles-Capitale (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Suq intern – Artikolu 114(2) TFUE – Esklużjoni tad-dispożizzjonijiet fiskali des dispositions fiscales – Direttiva 2000/31/KE – Sevizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni – Kummerċ elettroniku – Portal telematiku ta’ intermedjazzjoni immobiljari – Artikolu 1(5)(a) – Esklużjoni mill-qasam tat-tassazzjoni – Definizzjoni – Leġiżlazzjoni reġjonali dwar taxxa fuq l-istabbilimenti ta’ akkomodazzjoni turistika – Dispożizzjoni li tobbliga lill-intermedjarji jikkomunikaw, fuq talba bil-miktub, ċerta data dwar l-operat ta’ dawn l-istabbilimenti lill-amministrazzjoni fiskali bil-għan li jiġu identifikati l-persuni suġġetti għal din it-taxxa – Artikolu 56 TFUE – Assenza ta’ diskriminazzjoni – Assenza ta’ restrizzjoni)

ĠU C 237, 20.6.2022, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 237/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour constitutionnelle – il-Belġju) – Airbnb Ireland UC vs Région de Bruxelles-Capitale

(Kawża C-674/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Suq intern - Artikolu 114(2) TFUE - Esklużjoni tad-dispożizzjonijiet fiskali des dispositions fiscales - Direttiva 2000/31/KE - Sevizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni - Kummerċ elettroniku - Portal telematiku ta’ intermedjazzjoni immobiljari - Artikolu 1(5)(a) - Esklużjoni mill-qasam tat-tassazzjoni - Definizzjoni - Leġiżlazzjoni reġjonali dwar taxxa fuq l-istabbilimenti ta’ akkomodazzjoni turistika - Dispożizzjoni li tobbliga lill-intermedjarji jikkomunikaw, fuq talba bil-miktub, ċerta data dwar l-operat ta’ dawn l-istabbilimenti lill-amministrazzjoni fiskali bil-għan li jiġu identifikati l-persuni suġġetti għal din it-taxxa - Artikolu 56 TFUE - Assenza ta’ diskriminazzjoni - Assenza ta’ restrizzjoni)

(2022/C 237/16)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour constitutionnelle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Airbnb Ireland UC

Konvenut: Région de Bruxelles-Capitale

Dispożittiv

1)

Dispożizzjoni ta’ leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru li tobbliga lill-intermedjarji, għall-istabbilimenti ta’ akkomodazzjoni turistika li jinsabu f’reġjun ta’ dan l-Istat Membru li fir-rigward tagħhom dawn jaġixxu bħala intermedjarju jew imexxu politika ta’ promozzjoni, li jikkomunikaw lill-amministrazzjoni fiskali reġjonali, fuq talba bil-miktub ta’ din tal-aħħar, id-data dwar l-operatur u d-dettalji tal-istabbilimenti ta’ akkomodazzjoni turistika kif ukoll in-numru ta’ ljieli u ta’ unitajiet ta’ akkomodazzjoni operati matul is-sena li tkun għaddiet, għandha tiġi kkunsidrata bħala indissoċjabbli, fir-rigward tan-natura tagħha, mil-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti u, għaldaqstant, taqa’ taħt il-“qasam tat-tassazzjoni” li huwa espressament eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”).

2)

Leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lill-fornituri ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni immobiljari, indipendentement mill-post ta’ stabbiliment tagħhom u mill-mod kif huma jinteraġixxu, fir-rigward tal-istabbilimenti ta’ akkomodazzjoni turistiċi li jinsabu f’reġjun tal-Istat Membru kkonċernat, li għalihom jaġixxu bħala intermedjarju jew imexxu politika ta’ promozzjoni, li jikkomunikaw lill-amministrazzjoni fiskali reġjonali, fuq talba bil-miktub ta’ din tal-aħħar, id-data tal-operatur u d-dettalji tal-istabbilimenti ta’ akkomodazzjoni turistika kif ukoll in-numru ta’ ljieli u ta’ unitajiet ta’ akkomodazzjoni operati matul is-sena li tkun għaddiet, ma tmurx kontra l-projbizzjoni magħmula mill-Artikolu 56 TFUE.


(1)  ĠU C 128, 12.4.2021.


Top