Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0624

Kawża C-624/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Watford Employment Tibunal – ir-Renju Unit) – K et, L, M, N et, O, P, Q, R, S, T vs Tesco Stores Ltd (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Ugwaljanza fir-remunerazzjoni bejn ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa – Artikolu 157 TFUE – Effett dirett – Kunċett ta’ “xogħol tal-istess valur” – Talbiet intiżi għall-benefiċċju ta’ remunerazzjoni ugwali għal xogħol tal-istess valur – Sors uniku – Ħaddiema ta’ sess differenti li għandhom l-istess persuna li timpjega – Stabbilimenti differenti – Paragun)

ĠU C 289, 19.7.2021, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 289/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Watford Employment Tibunal – ir-Renju Unit) – K et, L, M, N et, O, P, Q, R, S, T vs Tesco Stores Ltd

(Kawża C-624/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Ugwaljanza fir-remunerazzjoni bejn ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa - Artikolu 157 TFUE - Effett dirett - Kunċett ta’ “xogħol tal-istess valur” - Talbiet intiżi għall-benefiċċju ta’ remunerazzjoni ugwali għal xogħol tal-istess valur - Sors uniku - Ħaddiema ta’ sess differenti li għandhom l-istess persuna li timpjega - Stabbilimenti differenti - Paragun)

(2021/C 289/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Watford Empolyment Tibunal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:et., L, M, N et, O, P, Q, R, S, T

Konvenut: Tesco Stores Ltd

Dispożittiv

L-Artikolu 157 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu effett dirett f’kawżi bejn individwi li fihom huwa invokat in-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza tar-remunerazzjonijiet bejn ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa għal “xogħol tal-istess valur”, kif stabbilit f’dan l-artikolu.


(1)  ĠU C 357, 21.10.2019.


Top