Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0507

    Kawża T-507/20: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2020 – Colombani vs SEAE

    ĠU C 329, 5.10.2020, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.10.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 329/22


    Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2020 – Colombani vs SEAE

    (Kawża T-507/20)

    (2020/C 329/41)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Jean-Marc Colombani (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

    Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tas-SEAE li jiċħad it-talba tiegħu għall-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża T-372/18, kif traskritta mill-ġdid permezz tan- nota ta’ X fid-data tat-23 ta’ Marzu 2020 u sa fejn meħtieġ tad-deċiżjoni tas-SEAE li jiċħad l-ilment tiegħu R/195/20 li jtenni t-talba tiegħu għall-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża T-372/18, kif traskritta mill-ġdid permezz tan- nota ta’ Y fid-data tat-30 ta’ Lulju 2020;

    tannulla d-deċiżjoni li biha SEAE ċaħad il-kandidatura tiegħu għall-pożizzjoni ta’ Kap tad-Delegazzjoni tal-UE fil-Korea, innotifikata permezz ta’ nota tad-29 ta’ Ottubru 2019, iffirmata mid-Direttriċi tar-Riżorsi Umani, sa fejn is-SEAE rrifjuta li jimmotiva din u, min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni li tiċħad it-talba tiegħu għal aċċess għal dokumenti, innotifikata permezz ta’ ittra elettronika tas-Segretarjat tal-Kumitat Konsultattiv tal-Ħatriet (CCN) tas-SEAE, fid-data tal-24 ta’ Jannar 2020;

    tannulla, minn naħa, id-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra tas-SEAE, fid-data tas-27 ta’ Novembru 2019, li ma tilqax il-kandidatura tiegħu għall-pożizzjoni ta’ Kap tad-Delegazzjoni tal-UE fl-Użbekistan u għall-pożizzjoni ta’ Kap tad-Delegazzjoni tal-UE fil-Maċedonja tat-Tramuntana, u, min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni tal-21 ta’ Frar 2020 ta’ ċaħda tat-talba tiegħu għal aċċess għal dokumenti;

    tikkundanna lill-konvenut li jħallas lir-rikorrent kumpens għad--danni materjali, ta’ ammont ta’ EUR 3 500, u psikoloġiċi, ta’ ammont iffissat simbolikament għal EUR 1;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi, li minnhom l-ewwel tlieta jikkonċernaw il-parti tan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Kawża T-372/18, Colombani vs SEAE, u t-tlieta tal-aħħar jikkonċernaw id-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tal-kandidaturi tar-rikorrent u d-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tat-talbiet tiegħu għal aċċess għal dokumenti.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 266 TFUE u n-nuqqas amministrattiv.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ newtralità, ta’ imparzjalità, ta’ indipendenza u ta’ ekwità.

    4.

    Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

    5.

    Il-ħames motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ data personali u fl-interpretazzjoni tar-Regolamenti Nru 2018/1725 u Nru 1049/2001, l-assenza ta’ interpretazzjoni tal-Artikolu 6 tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea li huwa kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija regolamenti.

    6.

    Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn il-limitazzjoni għad-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni tikser il-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ dritt għal smigħ xieraq, ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet, id-dritt għal rikors effettiv u twaqqaf kull stħarriġ ġudizzjarju tal-atti kontenzjużi.


    Top