Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0490

    Kawża T-490/20: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2020 – CH u CN vs Il-Parlament

    ĠU C 329, 5.10.2020, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.10.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 329/18


    Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2020 – CH u CN vs Il-Parlament

    (Kawża T-490/20)

    (2020/C 329/36)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: CH u CN (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Talbiet

    Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tiddikjara r-rikors tagħhom ammissibbli;

    tannulla d-deċiżjonijiet kkontestati, sa fejn huma ma jieħdux pożizzjoni b’mod definittiv dwar ir-realtà tal-fatti ta’ fastidju psikoloġiku ddikjarati;

    tikkundanna lill-konvenut għall-pagament, lil kull wieħed minnhom, ta’ ammont ta’ EUR 5 000, ex aequo et bono, b’kumpens għad-dannu morali kkawżat bil-qbiż ta’ terminu raġonevoli, biż-żieda tal-interessi moratorji sal-pagament komplet;

    tikkundanna lill-konvenut għall-pagament, lil kull wieħed minnhom, ta’ ammont ta’ EUR 100 000, ex aequo et bono, b’kumpens għad-dannu morali kkawżat permezz tal-assenza ta’ teħid ta’ pożizzjoni definittiva dwar ir-realtà tal-fatti ta’ fastidju psikoloġiku ddikjarati, biż-żieda tal-interessi moratorji sal-pagament komplet;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors kontra d-deċiżjonijiet tal-Parlament tat-13 ta’ Settembru 2019 li bihom l-awtorità awtorizzata li tikkonkludi l-kuntratti ta’ reklutaġġ ta’ din l-istituzzjoni, b’risposta għat-talbiet tagħhom għall-assistenza, ma ħaditx pożizzjoni b’mod definittiv dwar ir-realtà tal-fatti ta’ fastidju psikoloġiku ddikjarati, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dmir ta’ assistenza u tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti”), minħabba li billi ma ħaditx pożizzjoni b’mod definittiv inkwantu għall-eżistenza tal-fatti ta’ fastidju psikoloġiku ddikjarati, l-awtorità awtorizzata li tikkonkludi l-kuntratti ta’ reklutaġġ tal-Parlament naqqset mid-dmir ta’ assistenza li għalih hija obbligata.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas tad-dmir ta’ premura u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, kif ukoll fuq ksur tad-dritt għad-dinjità u tal-Artikoli 1 u 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, minħabba li billi ma ħaditx pożizzjoni b’mod definittiv inkwantu għall-eżistenza tal-fatti ta’ fastidju psikoloġiku ddikjarati, l-awtorità awtorizzata li tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ tal-Parlament naqqset mill-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dmir tagħha ta’ premura, b’hekk kisret id-dritt għad-dinjità tal-biedem tar-rikorrenti.


    Top