Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0487

    Kawża T-487/20: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2020 – “Rezon” vs EUIPO (imot.bg)

    ĠU C 329, 5.10.2020, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.10.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 329/17


    Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2020 – “Rezon” vs EUIPO (imot.bg)

    (Kawża T-487/20)

    (2020/C 329/35)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Partijiet

    Rikorrenti:“Rezon” OOD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: М. Yordanova-Harizanova, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewoprea “imot.bg” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 001 398

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2020 fil-Każ R 2270/2019-1

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tordna r-reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż kemm ta’ din il-kawża kif ukoll tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top