This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0462
Case T-462/20: Action brought on 16 July 2020 — ZU v Commission
Kawża T-462/20: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2020 – ZU vs Il-Kummissjoni
Kawża T-462/20: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2020 – ZU vs Il-Kummissjoni
ĠU C 329, 5.10.2020, p. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 329/16 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2020 – ZU vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-462/20)
(2020/C 329/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZU (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra tal-5 ta’ Settembru 2019, li tirrifjuta informazzjoni rilevanti għad-difiża tiegħu, u tas-6 ta’ April 2020, li tiċħad l-ilment tiegħu; |
— |
tordna lill-konvenuta tħallas ammont ta’ EUR 50 000, bħala kumpens għad-dannu materjali mġarrab, flimkien mal-interessi bir-rata legali sakemm ikun sar il-ħlas kollu; u |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt tad-difiża tar-rikorrent u tad-dritt tiegħu għal rimedju effettiv. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Awtorità tal-Ħatra wettqet żball manifest meta evalwat is-suġġett tal-ilment, ħalliet barra motiv ewlieni u ma kkunsidratx il-probabbiltà ta’ bidla fis-sitwazzjoni legali tar-rikorrent. |