EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0394

Kawża T-394/20: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2020 – Hypo Vorarlberg Bank vs SRB

ĠU C 271, 17.8.2020, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/46


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2020 – Hypo Vorarlberg Bank vs SRB

(Kawża T-394/20)

(2020/C 271/58)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hypo Vorarlberg Bank AG (Bregenz, l-Awstrija) (rappreżentanti: G. Eisenberger u A. Brenneis, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-15 ta’ April 2020 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex-ante tal-2020 għall-Fond ta’ Riżoluzzjoni Uniku (SRB/ES/2020/24) (“Decision of the Single Resolution Board of 15 April 2020 on the calculation of the 2020 ex-ante contributions to the Single Resolution Fund (SRB/ES/2020/24)”), inklużi l-annessi tagħha, sa fejn hija kkonċernata l-kontribuzzjoni li għandha ssir mir-rikorrenti, u

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq erba’ motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk imressqa fil-Kawża T-479/19, Hypo Vorarlberg Bank vs SRB (1).


(1)  ĠU 2019, C 305, p. 58.


Top