Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0386

    Kawża T-386/20: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2020 – Micron Technology vs EUIPO (INTELLIGENCE, ACCELERATED)

    ĠU C 271, 17.8.2020, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 271/45


    Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2020 – Micron Technology vs EUIPO (INTELLIGENCE, ACCELERATED)

    (Kawża T-386/20)

    (2020/C 271/57)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Micron Technology, Inc. (Boise, Idaho, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Edenborough, QC)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea INTELLIGENCE, ACCELERATED – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 959 758

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ April 2020 fil-Każ R 2873/2019-1

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    sussidjarjament, tirriforma d-deċiżjoni kkontestata billi tiddeċiedi li l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea ma tiksirx l-Artikolu 7(1)(b) jew l-Artikolu 7(1)(c) jew dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikoli 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 72(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top