Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TB0558

    Kawża T-558/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2020 – Luz Saúde vs EUIPO – Clínica La Luz (HOSPITAL DA LUZ LEARNING HEALTH) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea HOSPITAL DA LUZ LEARNING HEALTH – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti clínica LALUZ – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Rikors manifestament infondat fid-dritt”]

    ĠU C 271, 17.8.2020, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 271/38


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2020 – Luz Saúde vs EUIPO – Clínica La Luz (HOSPITAL DA LUZ LEARNING HEALTH)

    (Kawża T-558/19) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea HOSPITAL DA LUZ LEARNING HEALTH - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti clínica LALUZ - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

    (2020/C 271/49)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Luz Saúde, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentant: G. Moreira Rato, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Clínica La Luz, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: I. Temiño Ceniceros, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Lulju 2019 (Każ R 2239/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Clínica La Luz u Luz Saúde.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Luz Saúde, SA hija kkundanna għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 319, 23.9.2019


    Top