This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CA0340
Case C-340/19: Judgment of the Court (Sixth Chamber) of 18 June 2020 (request for a preliminary ruling from the Augstākā tiesa (Senāts) — Latvia) — Valsts ieņēmumu dienests v SIA ‘Hydro Energo’ (Reference for a preliminary ruling — Common Customs Tariff — Combined Nomenclature — Tariff classification — Tariff heading 7407 — Copper bars, rods and profiles — Hot-rolled copper or copper alloy ingots in a rectangular shape)
Kawża C-340/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (Senāts)- il-Litwanja) – Valsts ieņēmumu dienests vs SIA “Hydro Energo” (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tariffa doganali komuni – Nomenklatura Magħquda – Klassifikazzjoni tariffarja – Intestatura tariffarja 7407 – Vireg u profili tar-ram – Ingotti tar-ram jew tal-liga tar-ram, ta’ għamla rettangolari, li ġew irrumblati bis-sħana)

ĠU C 271, 17.8.2020, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 271/18 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (Senāts)- il-Litwanja) – Valsts ieņēmumu dienests vs SIA “Hydro Energo”
(Kawża C-340/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - Intestatura tariffarja 7407 - Vireg u profili tar-ram - Ingotti tar-ram jew tal-liga tar-ram, ta’ għamla rettangolari, li ġew irrumblati bis-sħana)
(2020/C 271/24)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa (Senāts)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Valsts ieņēmumu dienests
Konvenuta: SIA “Hydro Energo”
Dispożittiv
L-intestatura 7407 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tagħha kif tirriżulta bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 tas-27 ta’ Settembru 2011, għandha tiġi interpretata fis-sens li ingotti tar-ram jew ligi tar-ram, ta’ forma rettangolari, li l-ħxuna tagħhom hija ikbar minn wieħed minn għaxra tal-wisa’ u li ġew irrumblati bis-sħana, iżda li t-taqsima trasversali tagħhom fiha pori, ħofor u xquq irregolari, jistgħu jaqgħu taħt din l-intestatura.