Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0043

    Kawża C-43/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – Vodafone Portugal – Comunicações Pessoais, SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 2(1)(ċ) – Kamp ta’ applikazzjoni – Tranżazzjonijiet taxxabbli – Provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas – Kumpens imħallas fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza, mill-klijenti, tal-perijodu minimu ta’ impenn kuntrattwali – Klassifikazzjoni)

    ĠU C 271, 17.8.2020, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 271/10


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – Vodafone Portugal – Comunicações Pessoais, SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

    (Kawża C-43/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 2(1)(ċ) - Kamp ta’ applikazzjoni - Tranżazzjonijiet taxxabbli - Provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas - Kumpens imħallas fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza, mill-klijenti, tal-perijodu minimu ta’ impenn kuntrattwali - Klassifikazzjoni)

    (2020/C 271/14)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Vodafone Portugal – Comunicações Pessoais, SA

    Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

    Dispożittiv

    L-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li ammonti riċevuti minn operatur ekonomiku fil-każ ta’ xoljiment antiċipat, għal raġunijiet proprji tal-klijent, ta’ kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi li jipprevedi l-osservanza ta’ perijodu ta’ fedeltà bħala korrispettiv tal-għoti ta’ kundizzjonijiet kummerċjali vantaġġużi lil dan il-klijent, għandhom jitqiesu li jikkostitwixxu r-remunerazzjoni ta’ provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


    (1)  ĠU C 139, 15.4.2019.


    Top