EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0121

Kawża C-121/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ Marzu 2020 – VG vs Minister van Buitenlandse Zaken

ĠU C 209, 22.6.2020, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ Marzu 2020 – VG vs Minister van Buitenlandse Zaken

(Kawża C-121/20)

(2020/C 209/15)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Amsterdam (il-Qorti Distrettwali ta’ Den Haag, sedenti f’Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VG

Konvenut: Minister van Buitenlandse Zaken (il-Ministru għall-Affarijiet Barranin)

Domanda preliminari

Id-domandi preliminari magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi rreġistrati taħt in-numri C-225/19 u C-226/19 jistħoqqu risposta differenti jekk l-isem tal-pajjiż li, fil-konsultazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 22 tal-Kodiċi dwar il-Viżi (1), ikun esprima oġġezzjoni għall-ħruġ ta’ viża lill-applikant, ma jiġix żvelat jew ma jkunx sar magħruf?


(1)  Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (ĠU 2009, L 243, p. 1).


Top