EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0400

Kawża C-400/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie – il-Belġju) – Infohos vs Belgische Staat (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Sitt Direttiva 77/388/KEE – Artikolu 13A(1)(f) – Eżenzjonijiet – Provvista ta’ servizzi minn gruppi awtonomi ta’ persuni – Servizzi pprovduti lill-membri u lill-persuni li ma humiex membri)

ĠU C 27, 27.1.2020, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie – il-Belġju) – Infohos vs Belgische Staat

(Kawża C-400/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Sitt Direttiva 77/388/KEE - Artikolu 13A(1)(f) - Eżenzjonijiet - Provvista ta’ servizzi minn gruppi awtonomi ta’ persuni - Servizzi pprovduti lill-membri u lill-persuni li ma humiex membri)

(2020/C 27/06)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Infohos

Konvenut: Belgische Staat

Dispożittiv

l-Artikolu 13A(1)(f) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-għoti tal-eżenzjoni mill-VAT għall-kundizzjoni li l-gruppi awtonomi ta’ persuni jipprovdu servizzi esklużivament lill-membri tagħhom, li għandu bħala effett li tali gruppi li jipprovdu wkoll servizzi lil persuni li ma humiex membri huma kompletament suġġetti għall-VAT, inkluż għas-servizzi li jipprovdu lill-membri tagħhom.


(1)  ĠU C 301, 27.8.2018.


Top