EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TB0566

Kawża T-566/19 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2019 – Scandlines Danmark u Scandlines Deutschland vs Il-Kummissjoni (Talba għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Proroga tat-terminu – Assenza ta’ interess)

ĠU C 413, 9.12.2019, p. 56–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/56


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2019 – Scandlines Danmark u Scandlines Deutschland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-566/19 R)

(Talba għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Proroga tat-terminu - Assenza ta’ interess)

(2019/C 413/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Scandlines Danmark ApS (Kopenħagen, id-Danimarka), Scandlines Deutschland GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Sandberg-Mørch, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Georgieva-Kecsmar u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Talba, abbażi tal-Artikoli 278 u 279 TFUE, intiża għas-sospensjoni tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-każ ta’ għajnuna mill-Istat SA.39078 (2019/C) (ex 2014/N) – Id-Danimarka – Il-finanzjament tal-proġett tal-Konnessjoni Fissa tal-Fehmarn Belt (ĠU 2019, C 226, p. 5).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top