EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0466

Kawża T-466/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Printeos et vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-envelops standard/fuq katalogu u envelops speċjali stampati – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Annullament parzjali minħabba ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni – Deċiżjoni emendatorja – Proċedura għar-riżolviment – Multi – Ammont bażiku – Aġġustament eċċezzjonali – Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ globali – Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Prinċipju ta’ ne bis in idem – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi – Ugwaljanza fit-trattament – Kumulu tas-sanzjonijiet – Proporzjonalità – Ekwità – Ġurisdizzjoni sħiħa”)

ĠU C 413, 9.12.2019, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Printeos et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-466/17) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-envelops standard/fuq katalogu u envelops speċjali stampati - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Annullament parzjali minħabba ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni - Deċiżjoni emendatorja - Proċedura għar-riżolviment - Multi - Ammont bażiku - Aġġustament eċċezzjonali - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ globali - Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Ugwaljanza fit-trattament - Kumulu tas-sanzjonijiet - Proporzjonalità - Ekwità - Ġurisdizzjoni sħiħa”)

(2019/C 413/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Printeos, SA (Alcalá de Henares, Spanja), Printeos Cartera Industrial, SL (Alcalá de Henares), Tompla Scandinavia AB (Stokkolma, l-Isvezja) Tompla France (Fleury-Mérogis, Franza), Tompla Druckerzeugnisse Vertriebs GmbH (Leonberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Brokelmann u P. Martínez-Lage Sobredo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras, F. Jimeno Fernández u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 4112 final tas-16 ta’ Ġunju 2017 li temenda d-Deċiżjoni C(2014) 9295 final tal-10 ta’ Diċembru 2014 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu [101 TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (AT.39780 – Envelops), u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 318, 25.9.2017.


Top