This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TN0192
Case T-192/18: Action brought on 16 March 2018 — Rietze v EUIPO — Volkswagen (Motor vehicles)
Kawża T-192/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2018 – Rietze vs EUIPO – Volkswagen (Vetturi)
Kawża T-192/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2018 – Rietze vs EUIPO – Volkswagen (Vetturi)
ĠU C 161, 7.5.2018, p. 72–72
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/72 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2018 – Rietze vs EUIPO – Volkswagen (Vetturi)
(Kawża T-192/18)
(2018/C 161/90)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Rietze GmbH & Co. KG (Altdorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Krogmann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: ir-reġistrazzjoni internazzjonali Nru DM/073118-3 li tindika l-Unjoni Ewropea
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 1244/2016-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell u tinvalida l-effetti tar-reġistrazzjoni internazzjonali tad-disinn DM/073118-3 fl-Unjoni Ewropea; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 4(1) u tal-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002; |
— |
Ksur tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Nru 6/2002. |