This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TN0180
Case T-180/18: Action brought on 12 March 2018 — VJ v EEAS
Kawża T-180/18: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2018 – VJ vs SEAE
Kawża T-180/18: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2018 – VJ vs SEAE
ĠU C 161, 7.5.2018, p. 69–70
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/69 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2018 – VJ vs SEAE
(Kawża T-180/18)
(2018/C 161/86)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: VJ (rappreżentant: N. De Montigny, avukat)
Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
taqta’ u tiddeċiedi
— |
id-dikjarazzjoni ta’ kalkolu li s-SEAE bagħtlu permezz ta’ posta elettronika kif ukoll, sa fejn ikun meħtieġ, id-dikjarazzjoni tas-salarju li permezz tagħha ingħata/ser jingħata l-ħlas tal-allowance tal-edukazzjoni għal uliedu; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha tal-istanza. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata, in-nota tal-15 ta’ April 2016 li fuqha hija bbażata u l-Guidelines tas-SEAE jiksru r-Regolamenti tal-Persunal u l-Anness X tiegħu. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni individwali kkontestata. Dan il-motiv huwa kompost minn ħames partijiet.
|