This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TN0177
Case T-177/18: Action brought on 8 March 2018 — Kazembe Musonda v Council
Kawża T-177/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Kazembe Musonda vs Il-Kunsill
Kawża T-177/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Kazembe Musonda vs Il-Kunsill
ĠU C 161, 7.5.2018, p. 68–69
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/68 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Kazembe Musonda vs Il-Kunsill
(Kawża T-177/18)
(2018/C 161/85)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Jean-Claude Kazembe Musonda (Lubumbashi, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois u A. Guillerme, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2282 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 11 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u fin-Nru 11 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005; |
— |
tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2016/2231/PESK u 2b(1)(b) tar-Regolament Nru 1183/2005/KE; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi, li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-163/18, Amisi Kumba vs Il-Kunsill.