Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0146

    Kawża T-146/18: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2018 – BPCE et vs BĊE

    ĠU C 161, 7.5.2018, p. 58–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.5.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 161/58


    Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2018 – BPCE et vs BĊE

    (Kawża T-146/18)

    (2018/C 161/67)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: BPCE (Pariġi, Franza) u 36 rikorrenti oħra (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u P. Kupka, avukati)

    Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

    Talbiet

    Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-BĊE Nru ECB/SSM/2017 – 9695005MSX1OYEMGDF46/338 (meħuda flimkien mal-anness tagħha) tad-19 ta’ Diċembru 2017, sa fejn hija tistabbilixxi miżuri li għandhom jittieħdu dwar l-impenji ta’ pagament irrevokabbli rigward is-sistemi ta’ garanzija tad-depożiti jew il-fondi ta’ riżoluzzjoni;

    tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż kollha.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-143/18, Société générale vs BĊE.


    Top