This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TN0143
Case T-143/18: Action brought on 1 March 2018 — Société générale v ECB
Kawża T-143/18: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2018 – Société générale vs BĊE
Kawża T-143/18: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2018 – Société générale vs BĊE
ĠU C 161, 7.5.2018, p. 56–56
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/56 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2018 – Société générale vs BĊE
(Kawża T-143/18)
(2018/C 161/64)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Société générale (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u P. Kupka, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-BĊE Nru ECB/SSM/2017 – O2RNE8IBXP4R0TD8PU41/174 tad-19 ta’ Diċembru 2017 u l-Artikolu 3 tal-Anness A tagħha, sa fejn dawn jistabbilixxu miżuri li għandhom jiġu adottati fuq l-impenji ta’ ħlas irrevokabbli fir-rigward tas-sistemi ta’ garanzija tad-depożiti jew il-fondi ta’ riżoluzzjoni; |
— |
tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
— |
L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ bażi legali għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Skont ir-rikorrenti, il-BĊE ma għandux kompetenza li jimponi rekwiżit prudenzjali ta’ portata ġenerali u ma wettaqx evalwazzjoni individwali u dettaljata tas-sitwazzjoni tar-rikorrenti kif jeżiġu t-testi applikabbli. |
— |
It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi li allegatament jivvizzja lid-deċiżjoni kkontestata, sa fejn il-BĊE interpreta b’mod żbaljat it-testi tal-liġi tal-Unjoni billi stabbilixxa l-possibbiltà lill-istabbilimenti ta’ kreditu li jirrikorru għall-impenji ta’ ħlas irrevokabbli u, għaldaqstant, ċaħad lil dawn id-dispożizzjonijiet mill-effett utli tagħhom. |
— |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija allegatament vvizjata minn żball manifest fl-evalwazzjoni tar-riskji li allegatament jirriżultaw mill-impenji ta’ ħlas irrevokabbli fir-rigward tal-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63). |
— |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni, sa fejn il-BĊE huwa suġġett għal obbligu ta’ motivazzjoni msaħħa u d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq motivazzjoni insuffiċjenti. |