Escolha as funcionalidades experimentais que pretende experimentar

Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex

Documento 62016TA0242

    Kawża T-242/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2018 – Stavytskyi vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar ta’ fondi — Lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista — Obbligu ta’ motivazzjoni — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Proporzjonalità — Bażi legali — Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

    ĠU C 161, 7.5.2018, p. 47—47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.5.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 161/47


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2018 – Stavytskyi vs Il-Kunsill

    (Kawża T-242/16) (1)

    ((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista - Obbligu ta’ motivazzjoni - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Proporzjonalità - Bażi legali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))

    (2018/C 161/51)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Edward Stavytskyi (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Grayston, solicitor, P. Gjørtler, G. Pandey u D. Rovetta, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u J.-P. Hix, aġenti)

    Intervenjent insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment E. Paasivirta u S. Bartelt, sussegwentement E. Paasivirta u L. Baumgart, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/318 tal-4 ta’ Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2016, L 60, p. 76), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/311 tal-4 ta’ Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2016, L 60, p. 1), sa fejn isem ir-rikorrent inżamm fil-lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-organi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Edward Stavytskyi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 270, 25.7.2016.


    Início