This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0088
Case C-88/18: Action brought on 7 February 2018 — European Commission v Grand Duchy of Luxembourg
Kawża C-88/18: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
Kawża C-88/18: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
ĠU C 161, 7.5.2018, p. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/20 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-88/18)
(2018/C 161/23)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Ondrůšek, F. Thiran, G. von Rintelen, aġenti)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tikkonstata li billi ma daħħalx fis-seħħ, sa mhux iktar tard mit-18 ta’ April 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, p. 243), jew, f’kull każ, billi ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 106(1) ta’ din id-direttiva; |
— |
timponi fuq il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, il-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ ammont ta’ EUR 11 628 għal kull ġurnata mid-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża minħabba nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li jikkomunika l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/25/UE; |
— |
tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
1. |
L-Istati Membri kienu obbligati, skont l-Artikolu 106(1) tad-Direttiva 2014/25/UE, li jdaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ruħhom ma’ din id-direttiva sa mhux iktar tard mit-18 ta’ April 2016. Fl-assenza ta’ komunikazzjoni ta’ miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva mil-Lussemburgu, il-Kummissjoni ddeċidiet li tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja. |
2. |
Fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni tipproponi li jiġu imposti fuq il-Lussemburgu pagamenti ta’ penalità għal kull ġurnata ta’ EUR 11 628. L-ammont tal-pagamenti ta’ penalità ġie kkalkolat b’teħid inkunsiderazzjoni tal-gravità u tat-tul tal-ksur, kif ukoll tal-effett dissważiv abbażi tal-kapaċità ta’ ħlas ta’ dan l-Istat Membru. |