This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CA0064
Case C-64/17: Judgment of the Court (Seventh Chamber) of 8 March 2018 (request for a preliminary ruling from the Tribunal da Relação do Porto — Portugal) — Saey Home & Garden NV/SA v Lusavouga-Máquinas e Acessórios Industriais SA (Reference for a preliminary ruling — Judicial cooperation in civil matters — Jurisdiction and the enforcement of judgments in civil and commercial matters — Regulation (EU) No 1215/2012 — Article 25 — Existence of a jurisdiction clause — Verbal agreement without written confirmation — Clause contained in the general terms and conditions of sale mentioned in invoices — Article 7(1)(b) — Commercial concession agreement between two companies established in different Member States in respect of the market of a third Member State — Article 7(1)(b), second indent — Determination of the court with jurisdiction — Place of performance of the obligation that is characteristic of such a contract)
Kawża C-64/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-8 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação do Porto – il-Portugall) – Saey Home & Garden NV/SA vs Lusavouga-Máquinas e Acessórios Industriais SA “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (UE) Nru 1215/2012 — Artikolu 25 — Eżistenza ta’ klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni — Ftehim verbali mingħajr konferma bil-miktub — Klawżola inkluża fil-kundizzjonijiet ġenerali tal-bejgħ imsemmija fil-fatturi — Punt 1(b) tal-Artikolu 7 — Kuntratt ta’ konċessjoni kummerċjali bejn kumpanniji stabbiliti f’żewġ Stati Membri differenti li jikkonċerna s-suq ta’ Stat Membru ieħor — It-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) — Determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni — Post ta’ eżekuzzjoni tal-obbligazzjoni karatteristika ta’ tali kuntratt”

ĠU C 161, 7.5.2018, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-8 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação do Porto – il-Portugall) – Saey Home & Garden NV/SA vs Lusavouga-Máquinas e Acessórios Industriais SA
(Kawża C-64/17) (1)
(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Artikolu 25 - Eżistenza ta’ klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni - Ftehim verbali mingħajr konferma bil-miktub - Klawżola inkluża fil-kundizzjonijiet ġenerali tal-bejgħ imsemmija fil-fatturi - Punt 1(b) tal-Artikolu 7 - Kuntratt ta’ konċessjoni kummerċjali bejn kumpanniji stabbiliti f’żewġ Stati Membri differenti li jikkonċerna s-suq ta’ Stat Membru ieħor - It-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) - Determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni - Post ta’ eżekuzzjoni tal-obbligazzjoni karatteristika ta’ tali kuntratt”)
(2018/C 161/14)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal da Relação do Porto
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Saey Home & Garden NV/SA
Konvenuti: Lusavouga-Máquinas e Acessórios Industriais SA
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li, b’riżerva għal verifiki li għandhom isiru mill-qorti tar-rinviju, klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, stabbilita f’kundizzjonijiet ġenerali tal-bejgħ imsemmija f’fatturi maħruġa minn waħda mill-partijiet kontraenti, ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ din id-dispożizzjoni. |
2) |
L-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti li għandha ġurisdizzjoni, skont din id-dispożizzjoni, sabiex tieħu konjizzjoni ta’ kawża għad-danni marbuta mat-terminazzjoni ta’ kuntratt ta’ konċessjoni kummerċjali, konkluż bejn żewġ kumpanniji stabbiliti u li joperaw f’żewġ Stati Membri differenti, għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti fis-suq nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor, li fit-territorju tiegħu l-ebda minn dawn il-kumpanniji ma għandha sussidjarja jew stabbiliment, hija dik tal-Istat Membru li fih issir il-provvista karatteristika tas-servizzi, li jkun jirriżulta mid-dispożizzjonijiet tal-kuntratt kif ukoll, fin-nuqqas ta’ tali dispożizzjonijiet, mill-eżekuzzjoni effettiva ta’ dan il-kuntratt u, f’każ li din id-determinazzjoni ma tkunx possibbli abbażi ta’ dan, allura tkun il-qorti tad-domiċilju tal-fornitur. |