This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CA0494
Case C-494/16: Judgment of the Court (First Chamber) of 7 March 2018 (request for a preliminary ruling from the Tribunale civile di Trapani — Italy) — Giuseppa Santoro v Comune di Valderice, Presidenza del Consiglio dei Ministri (Reference for a preliminary ruling — Social policy — Fixed-term work — Contracts concluded with a public sector employer — Measures to penalise the misuse of fixed-term contracts — Principles of equivalence and effectiveness)
Kawża C-494/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale civile di Trapani – l-Italja) – Giuseppa Santoro vs Comune di Valderice, Presidenza del Consiglio dei Ministri (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Xogħol għal żmien determinat — Kuntratti konklużi ma’ persuna li timpjega li jaqgħu taħt is-settur pubbliku — Miżuri intiżi li jissanzjonaw l-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat — Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività)
Kawża C-494/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale civile di Trapani – l-Italja) – Giuseppa Santoro vs Comune di Valderice, Presidenza del Consiglio dei Ministri (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Xogħol għal żmien determinat — Kuntratti konklużi ma’ persuna li timpjega li jaqgħu taħt is-settur pubbliku — Miżuri intiżi li jissanzjonaw l-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat — Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività)
ĠU C 161, 7.5.2018, p. 9–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale civile di Trapani – l-Italja) – Giuseppa Santoro vs Comune di Valderice, Presidenza del Consiglio dei Ministri
(Kawża C-494/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Xogħol għal żmien determinat - Kuntratti konklużi ma’ persuna li timpjega li jaqgħu taħt is-settur pubbliku - Miżuri intiżi li jissanzjonaw l-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività))
(2018/C 161/09)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale civile di Trapani
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Giuseppa Santoro
Konvenuti: Comune di Valderice, Presidenza del Consiglio dei Ministri
Dispożittiv
Il-klawżola 5 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [għal żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li, minn naħa, ma tissanzjonax l-użu abbużiv, minn persuna li timpjega li taqa’ taħt is-settur pubbliku, ta’ sensiela ta’ kuntratti għal żmien determinat bil-ħlas, lill-ħaddiem ikkonċernat, ta’ allowance intiża li tikkumpensa l-assenza ta’ bidla tar-relazzjoni tax-xogħol għal żmien determinat f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat, iżda li, min-naħa l-oħra, tipprevedi l-għoti ta’ kumpens inkluż bejn 2,5 u 12-il ħlasijiet mensili tal-aħħar remunerazzjoni tal-imsemmi ħaddiem, flimkien mal-possibbiltà, għal dan tal-aħħar, li jikseb il-kumpens sħiħ tad-dannu billi juri, permezz ta’ preżunzjoni, it-telf ta’ opportunitajiet li jsib xogħol jew li, fil-każ li ġiet organizzata b’mod regolari kompetizzjoni ta’ reklutaġġ, ikun għadda b’suċċess minn din il-kompetizzjoni, sa fejn tali leġiżlazzjoni tinkludi mekkaniżmu ta’ sanzjoni effettiv u dissważiv, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.