EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017AE4392

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd” (COM(2017) 0424 final — 2017/0190(COD))

ĠU C 81, 2.3.2018, p. 174–175 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/174


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd”

(COM(2017) 0424 final — 2017/0190(COD))

(2018/C 081/23)

Relatur:

Gabriel SARRÓ IPARRAGUIRRE

Konsultazzjoni

Il-Kunsill, 14.9.2017

Il-Parlament Ewropew, 11.9.2017

Bażi legali

Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

 

 

Deċiżjoni tal-Bureau

19.9.2017

 

 

Sezzjoni kompetenti

Agrikoltura, Żvilupp Rurali u Ambjent

Adottata fis-sezzjoni

3.10.2017

Adottata fis-sessjoni plenarja

18.10.2017

Sessjoni tal-plenarja Nru

529

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

179/2/2

1.   Il-pożizzjoni tal-KESE

1.1.

F’konformità mal-Opinjoni preċedenti tiegħu dwar “L-obbligu tal-ħatt” (1), fejn talab għall-miżuri neċessarji ta’ flessibilità biex tiġi ffaċilitata l-introduzzjoni gradwali tal-obbligu ta’ ħatt l-art, il-KESE jappoġġja l-proposta biex tiġi estiża s-setgħa tal-Kummissjoni Ewropea biex tadotta pjani għall-iskartar permezz ta’ atti delegati għal perjodu addizzjonali ta’ tliet snin.

1.2.

Madankollu, hemm il-biża’ li t-tliet snin proposti mhumiex biżżejjed biex jiġu adottati l-pjani multiannwali reġjonali kollha u li fl-aħħar tal-2020 ser insibu ruħna f’sitwazzjoni simili għal dik attwali. Il-KESE kien jippreferi estensjoni itwal.

2.   Kummenti

2.1.

L-implimentazzjoni gradwali tal-obbligu ta’ ħatt l-art (l-ewwel Regolamenti delegati tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-pjani ta’ skartar daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2015) ħarġet fid-dieher għadd ta’ problemi.

2.1.1.

L-aktar problema serja kienet mingħajr dubju ta’ xejn, u ser tibqa’ tkun dejjem aktar, dik li tinħoloq minħabba l-hekk imsejħin speċijiet bi kwota limitanti (“choke species”), jiġifieri dawk l-ispeċijiet li minnhom operatur ikollu kwota żgħira jew xejn, iżda li madankollu jidħlu fix-xbieki u tagħmir ieħor tas-sajd. Il-mekkaniżmi ta’ flessibbiltà inklużi fir-Regolament huma għalkollox insuffiċjenti biex tiġi indirizzata din ir-realtà. Meta fl-2019 jidħol fis-seħħ b’mod sħiħ l-obbligu ta’ ħatt l-art, ser ikunu ħafna dawk il-bastimenti tas-sajd li, għalkemm ikollhom kwota mhux milħuqa tal-ispeċijiet fil-mira tagħhom, ser ikollhom jibqgħu marbutin fil-port mingħajr ma jkunu jistgħu joħorġu għas-sajd peress li jkunu eżawrew il-kwota żgħira ta’ speċijiet aċċessorji.

2.1.2.

Kwistjoni oħra mhux riżolta hija l-adegwatezza tal-portijiet tas-sajd u l-pixkeriji tagħhom għall-bejgħ ta’ speċijiet li tradizzjonalment kienu jiġu skartati u li issa għandhom jinħattu l-art. Bl-istess mod, il-limitazzjoni tal-bejgħ ta’ ħut żgħir mhux maħsub għall-konsum mill-bniedem toħloq problemi addizzjonali peress li f’ħafna portijiet tal-UE la jeżistu infrastrutturi u lanqas intrapriżi li jbiegħu dan it-tip ta’ materja prima.

2.1.3.

Fl-aħħar nett, qiegħed jiżdied il-bżonn għall-ispazju għall-ħżin abbord u fuq kollox qed jiżdied l-ammont ta’ xogħol tal-persunal, li huwa obbligat jikklassifika aktar speċijiet u daqsijiet, u b’hekk jiżdiedu l-istress u r-riskji.

Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2017.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Georges DASSIS


(1)  ĠU C 311, 12.9.2014, p. 68


Top