EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0700

Kawża T-700/17: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2017 – Traviacar et vs SRB

ĠU C 5, 8.1.2018, p. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/48


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2017 – Traviacar et vs SRB

(Kawża T-700/17)

(2018/C 005/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Traviacar, S.L. (O Carballiño, Spanja) u 96 rikorrent ieħor (rappreżentant: P. Rúa Sobrino, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/EES/2017/08) u l-evalwazzjoni tal-espert indipendenti li fuqha din id-deċiżjoni hija bbażata skont l-Artikolu 20(15) tar-Regolament 806/2014.

tiddikjara l-illegalità u l-inapplikabbiltà tal-Artikoli 18 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


Top