EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0668

Kawża T-668/16 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2017 – HL vs Il-Kummissjoni (“Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2014 — Lista tal-uffiċjali proposti għall-promozzjoni mid-diretturi ġenerali u l-kapijiet ta’ dipartiment — Omissjoni tal-isem tal-appellant — Obbligu ta’ motivazzjoni — Assenza ta’ żball ta’ liġi — Assenza ta’ żnaturament tal-provi — Talba għal rikuża ta’ Mħallef”)

ĠU C 5, 8.1.2018, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2017 – HL vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-668/16 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2014 - Lista tal-uffiċjali proposti għall-promozzjoni mid-diretturi ġenerali u l-kapijiet ta’ dipartiment - Omissjoni tal-isem tal-appellant - Obbligu ta’ motivazzjoni - Assenza ta’ żball ta’ liġi - Assenza ta’ żnaturament tal-provi - Talba għal rikuża ta’ Mħallef”))

(2018/C 005/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: HL (rappreżentanti: R. Rata, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment G. Berscheid, C. Berardis-Kayser u A.-A. Gilly, sussegwentement G. Berscheid, G. Gattinara u C. Berardis-Kayser, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Imħallef uniku) tal-20 ta’ Lulju 2016, HL vs Il-Kummissjoni, (F-112/15, EU:F:2016:161), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

HL għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 441, 28.11.2016.


Top