EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0458

Kawża T-458/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2017 – Acquafarm vs Il-Kummissjoni (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Sajd — Programm operazzjonali ffinanzjat mill-Unjoni — Leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tipprojbixxi l-importazzjoni ta’ krustaċeji li ġejjin mill-Awstralja — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Assenza ta’ azzjoni — Aspettattivi leġittimi”)

ĠU C 5, 8.1.2018, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2017 – Acquafarm vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-458/16) (1)

((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Sajd - Programm operazzjonali ffinanzjat mill-Unjoni - Leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tipprojbixxi l-importazzjoni ta’ krustaċeji li ġejjin mill-Awstralja - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Assenza ta’ azzjoni - Aspettattivi leġittimi”))

(2018/C 005/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Acquafarm, SL (Huelva, Spanja) (rappreżentant: A. Pérez Moreno, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Arenas, I. Galindo Martín u F. Moro, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab wara l-impossibbiltà li jitwettaq proġett ta’ akkwakultura li jirrigwarda l-krustaċji mill-Awstralja u li jirċievi kofinanzjament fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 tal-Kunsill tas-27 ta Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (ĠU 2006, L 223, p. 1), minħabba l-projbizzjoni tal-importazzjoni tal-imsemmija krustaċji konformement mad-dispożizzjonijiet tar- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2005 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta’ speċi li jgħaddu l-mard (ĠU 2008, L 337, p. 41).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Acquafarm, SL għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 419, 14.11.2016.


Top