EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0556

Kawża C-556/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pécsi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-22 ta’ Settembru 2017 – Alekszij Torubarov vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

ĠU C 5, 8.1.2018, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pécsi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-22 ta’ Settembru 2017 – Alekszij Torubarov vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

(Kawża C-556/17)

(2018/C 005/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Pécsi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (il-Qorti Amministrattiva u tax-Xogħol ta’ Pécs, l-Ungerija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Alekszij Torubarov

Konvenut: Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal (Uffiċċju tal-Immigrazjoni u tal-Ażil)

Domanda preliminari

L-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (1), moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpetat fis-sens li l-qrati Ungeriżi għandhom is-setgħa jirriformaw id-deċiżjonijiet amministrattivi tal-awtorità kompetenti fil-qasam tal-ażil li bihom tiġi miċħuda l-protezzjoni internazzjonali, kif ukoll li jikkonċedu l-imsemmija protezzjoni?


(1)  ĠU L 180, p. 60.


Top