EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0657

Kawża C-657/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 – Viasat Broadcasting UK Ltd vs TV2/Danmark A/S, il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tad-Danimarka Appell — Għajnuna mill-Istat — L-Artikolu 107(1) TFUE. — Servizz pubbliku ta’ xandir — Miżuri adottati mill-awtoritajiet Daniżi fir-rigward tax-xandar Daniż TV2/Danmark — Kunċett ta’ “għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat” — Sentenza Altmark

ĠU C 5, 8.1.2018, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 – Viasat Broadcasting UK Ltd vs TV2/Danmark A/S, il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tad-Danimarka

(Kawża C-657/15 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - L-Artikolu 107(1) TFUE. - Servizz pubbliku ta’ xandir - Miżuri adottati mill-awtoritajiet Daniżi fir-rigward tax-xandar Daniż TV2/Danmark - Kunċett ta’ “għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat” - Sentenza Altmark)

(2018/C 005/06)

Lingwa tal-proċedura: id-Daniż

Partijiet

Appellanti: Viasat Broadcasting UK Ltd (rappreżentanti: M. Honoré u S. Kalsmose-Hjelmborg, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: TV2/Danmark A/S (rappreżentanti: O. Koktvedgaard, avukat), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, T. Maxian Rusche u L. Grønfeldt, aġenti), ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentant: C. Thorning, aġent, assistit minn R. Holdgaard, avukat)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta’ Settembru 2015, TV2/Danmark A/S vs Il-Kummissjoni (T-674/11, EU:T:2015:684) hija annullata sa fejn annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/839/UE tal-20 ta’ April 2011, dwar il-miżuri implimentati mid-Danimarka (C-2/03) għal TV2/Danmark, inkwantu l-Kummissjoni Ewropea kienet ikkunsidrat li d-dħul mir-reklamar għas-snin 1995 u 1996 imħallas lil TV2/Danmark permezz tal-Fond TV2 kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-rikors għal annullament ippreżentat minn TV2/Danmark A/S kontra d-Deċiżjoni 2011/839 huwa miċħud.

4)

TV2/Danmark A/S għandha tbati minbarra l-ispejjeż tagħha stess, nofs ta’ dawk sostnuti minn Viasat Broadcasting UK Ltd fil-kuntest ta’ dan l-appella kif ukoll it-totalità ta’ dawn sostnuti minnha fl-ewwel istanza.

5)

Viasat Broadcasting UK Ltd għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha f’dan l-appell.

6)

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 222, 20.06.2016.


Top