Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0489

    Kawża C-489/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Berlin – il-Ġermanja) – CTL Logistics GmbH vs DB Netz AG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport ferrovjarju — Direttiva 2001/14/KE — Tariffi marbuta mal-infrastruttura — Tarifikazzjoni — Korp nazzjonali regolatorju li jħares il-konformità tat-tariffi marbuta mal-infrastruttura ma’ din id-direttiva — Kuntratt għall-użu ta’ infrastruttura konkluż bejn amministratur tal-infrastruttura ferrovjarja u impriża ferrovjarja — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Rimbors tat-tariffi mingħajr l-intervent ta’ dan il-korp u barra mill-proċeduri ta’ rikors li jinvolvuh — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-qorti ċivili tiffissa ammont ekwu fil-każ ta’ tariffi li ma jkunux ekwi)

    ĠU C 5, 8.1.2018, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.1.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 5/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Berlin – il-Ġermanja) – CTL Logistics GmbH vs DB Netz AG

    (Kawża C-489/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport ferrovjarju - Direttiva 2001/14/KE - Tariffi marbuta mal-infrastruttura - Tarifikazzjoni - Korp nazzjonali regolatorju li jħares il-konformità tat-tariffi marbuta mal-infrastruttura ma’ din id-direttiva - Kuntratt għall-użu ta’ infrastruttura konkluż bejn amministratur tal-infrastruttura ferrovjarja u impriża ferrovjarja - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Rimbors tat-tariffi mingħajr l-intervent ta’ dan il-korp u barra mill-proċeduri ta’ rikors li jinvolvuh - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-qorti ċivili tiffissa ammont ekwu fil-każ ta’ tariffi li ma jkunux ekwi))

    (2018/C 005/03)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Berlin

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: CTL Logistics GmbH

    Konvenuta: DB Netz AG

    Dispożittiv

    Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità ta' l-infrastruttura tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu ta' l-infrastruttura tal-ferrovija, kif emendata bid-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, b’mod partikolari tal-Artikolu 4(5) u tal-Artikolu 30(1), (3), (5) u (6) tal-imsemmija direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi stħarriġ tan-natura ekwa tat-tariffi għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja, każ b’każ, mill-qrati ordinarji, u l-possibbiltà, jekk ikun il-każ, li jinbidel l-ammont ta’ dawn it-tariffi, indipendentement mis-sorveljanza eżerċitata mill-korp regolatorju previst fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14, kif emendata bid-Direttiva 2004/49.


    (1)  ĠU C 406, 7.12.2015.


    Top