EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0628

Kawża T-628/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2017 – Frame vs EUIPO – Bianca-Moden (BiancalunA) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BiancalunA – Ċaħda — Trade mark preċedenti bianca — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Identiċità tal-prodotti — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”]

ĠU C 437, 18.12.2017, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2017 – Frame vs EUIPO – Bianca-Moden (BiancalunA)

(Kawża T-628/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BiancalunA – Ċaħda - Trade mark preċedenti bianca - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Identiċità tal-prodotti - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])

(2017/C 437/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Frame Srl (San Giuseppe Vesuviano, l-Italja) (rappreżentanti: E. Montelione, M. Borghese u R. Giordano, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bianca-Moden GmbH & Co. KG (Ochtrup, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Lange, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-7 ta’ Awwissu 2015 (Każ R 2720/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bianca-Moden u Frame.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tas-7 ta’ Awwissu 2015 (Każ R 2720/2014-5), hija annullata.

2)

L-EUIPO għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawn sostnuti minn Frame Srl.

3)

Bianca-Moden GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 7, 11.1.2016.


Top