Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0251

Kawża T-251/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2017 – Robert Bosch vs EUIPO (Simply. Connected.)

ĠU C 195, 19.6.2017, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/44


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2017 – Robert Bosch vs EUIPO (Simply. Connected.)

(Kawża T-251/17)

(2017/C 195/59)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Robert Bosch GmbH (Stuttgart, il-Ġermaniż) (rappreżentanti: S. Völker u M. Pemsel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “Simply. Connected.” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 814 057

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 948/2016-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti tal-appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 64 tar-Regolament Nru 207/2009 ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top