This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0203
Case T-203/17: Action brought on 3 April 2017 — GY v Commission
Kawża T-203/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2017 – GY vs Il-Kummissjoni
Kawża T-203/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2017 – GY vs Il-Kummissjoni
ĠU C 195, 19.6.2017, pp. 32–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
19.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 195/32 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2017 – GY vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-203/17)
(2017/C 195/45)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: GY (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Tiddikjara u tiddeċiedi li:
|
— |
id-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/293/14 tat-23 ta’ Diċembru 2016 li r-rikorrent ma jiġix ammess għaċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, hija annullata; |
|
— |
il-Kummissjoni hija kkundannata tħallas somma stmata ex aequo et bono għal EUR 5 000 għad-dannu morali mġarrab; |
|
— |
il-Kummissjoni Ewropea, fi kwalunkwe każ, hija kkundannata għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni min-naħa tal-Bord tal-Għażla sa fejn huwa ma żvelax lir-rikorrent il-kriterji ta’ evalwazzjoni li huwa adotta sabiex jeżegwixxi s-sentenza tal-20 ta’ Lulju 2016, GY vs Il-Kummissjoni, F-123/15, EU:F:2016:160. |
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-avviż tal-kompetizzjoni min-naħa tal-Bord tal-Għażla sa fejn huwa rrestrinġa arbitrarjament l-evalwazzjoni tiegħu tal-esperjenza professjonali tar-rikorrent billi bbaża ruħu biss, fir-rigward ta’ tliet mistoqsijiet, fuq it-tul ta’ din l-esperjenza. |
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni li jivvizzjaw b’illegalità d-deċiżjoni li jingħatawlu biss 17-il punt minn 56 (filwaqt li l-limitu minimu kien iffissat għal 22 punt). |