This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0169
Case C-169/17: Request for a preliminary ruling from the Tribunal Supremo (Spain) lodged on 3 April 2017 — Asociación Nacional de Productores de Ganado Porcino v Administración del Estado
Kawża C-169/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-3 ta’ April 2017 – Asociación Nacional de Productores de Ganado Porcino vs Asociación Nacional de Productores de Ganado Porcino
Kawża C-169/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-3 ta’ April 2017 – Asociación Nacional de Productores de Ganado Porcino vs Asociación Nacional de Productores de Ganado Porcino
ĠU C 195, 19.6.2017, pp. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
19.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 195/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-3 ta’ April 2017 – Asociación Nacional de Productores de Ganado Porcino vs Asociación Nacional de Productores de Ganado Porcino
(Kawża C-169/17)
(2017/C 195/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Asociación Nacional de Productores de Ganado Porcino
Konvenuta: Administración del Estado
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikoli 34 u 35 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regola nazzjonali bħall-Artikolu 8(1) tad-Digriet Irjali 4/2014, tal-10 ta’ Jannar 2014, li japprova r-regola dwar il-kwalità tal-laħam, tal-perżut, tal-ispalla u tal-filett tal-majjal iberiku, li tissubordina l-użu tat-terminu “ibérico” fir-rigward tal-prodotti ppreparati jew ikkummercjalizzati fi Spanja għall-kundizzjoni li dawk li jrabbu l-majjali tar-razza iberika b’sistemi ta’ trobbija intensiva (ta’ majjali) iżidu s-superfiċji totali minimu ta’ spazju liberu sabiex dan jilħaq iż-2m2 għal kull annimal ħaj ta’ iktar minn 110 kg, minkejja li jirriżulta – fejn applikabbli – li l-għan tar-regola huwa li tittejjeb il-kwalità tal-prodotti kkonċernati? |
|
2) |
L-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE, tat-18 ta’ Diċembru 2008, li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali (1), moqri flimkien tal-Artikolu 12 ta’ din l-istess direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola nazzjonali bħall-Artikolu 8(1) tad-Digriet Irjali 4/2014, tal-10 ta’ Jannar 2014, li japprova r-regola dwar il-kwalità tal-laħam, tal-perżut, tal-ispalla u tal-filett tal-majjal iberiku, li tissubordina l-użu tat-terminu “ibérico” fir-rigward tal-prodotti ppreparati jew ikkummercjalizzati fi Spanja għall-kundizzjoni li dawk li jrabbu l-majjali tar-razza iberika b’sistemi ta’ trobbija intensiva (ta’ majjali) iżidu s-superfiċji totali minimu ta’ spazju liberu sabiex dan jilħaq iż-2m2 għal kull annimal ħaj ta’ iktar minn 110 kg, minkejja li l-għan tar-regola nazzjonali huwa li tittejjeb il-kwalità tal-prodotti u li hija ma hijiex intiża speċifikament sabiex tittejjeb il-protezzjoni tal-majjali? F’każ ta’ risposta negattiva għad-domanda preċedenti, l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2008/120/KE, moqri flimkien mal-Artikoli 34 sa 35 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola nazzjonali bħall-Artikolu 8(1) tad-Digriet Irjali 4/2014, li tobbliga lill-produtturi ta’ Stati Membri oħra, bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-prodotti ppreparati jew ikkummercjalizzati fi Spanja – u mhux il-protezzjoni tal-majjali – li josservaw l-istess kundizzjonijiet ta’ trobbija tal-annimali bħal dawk li huma imposti fuq il-produtturi Spanjoli sabiex il-prodotti miksuba mill-majjali tagħhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mid-denominazzjonijiet tal-bejgħ irregolati mill-imsemmi digriet? |
|
3) |
L-Artikoli 34 u 35 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regola nazzjonali bħall-Artikolu 8(2) tad-Digriet Irjali 4/2014, tal-10 ta’ Jannar 2014, li japprova r-regola dwar il-kwalità tal-laħam, tal-perżut, tal-ispalla u tal-filett tal-majjal iberiku, li, bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-imsemmija prodotti, timponi età minima ta’ 10 xhur għall-qtil tal-majjali li minnhom jiġu miksuba prodotti tal-kategorija “de cebo”? |