Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0497

    Kawża C-497/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (ir-Repubblika Ċeka) fis-16 ta’ Settembru 2016 – proċeduri kriminali kontra Juraj Sokáč

    ĠU C 22, 23.1.2017, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 22/2


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (ir-Repubblika Ċeka) fis-16 ta’ Settembru 2016 – proċeduri kriminali kontra Juraj Sokáč

    (Kawża C-497/16)

    (2017/C 022/02)

    Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

    Qorti tar-rinviju

    Nejvyšší soud České republiky

    Parti fil-kawża prinċipali

    Juraj Sokáč

    Domanda preliminari

    1)

    Il-prodotti mediċinali, kif iddefiniti mid-Direttiva 2001/83/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li fihom “sustanzi skedati” fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 273/2004 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistgħu jiġu kkunsidrati, fuq il-bażi tal-Artikolu 2(a) ta’ dan ir-regolament, li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu hekk kif deċiż mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawżi magħquda C-627/13 u C-14/02 [sentenza tal-5 ta’ Frar 2015, M. et, C-627/13 u C-2/14, EU:C:2015:59], anki wara li t-test tad-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq kien ġie emendat bir-Regolament Nru 1258/2013 (3) u fid-dawl tal-fatt li l-Artikolu 2(a) tar-Regolament Nru 111/2005 (4), kif emendat bir-Regolament Nru 1259/2013 (5), jissuġġetta l-mediċini li fihom l-efedrina u l-psewdoefedrina għas-sistema tar-Regolament Nru 111/2005?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69.

    (2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 8, p. 46.

    (3)  ĠU L 330, p. 21.

    (4)  ĠU 2008, L 333M, p. 472.

    (5)  ĠU L 330, p. 30.


    Top