Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2016P0014

    Każ imressaq fis-26 ta’ Settembru 2016 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda (Kawża E-14/16)

    ĠU C 467, 15.12.2016, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.12.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 467/27


    Każ imressaq fis-26 ta’ Settembru 2016 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda

    (Kawża E-14/16)

    (2016/C 467/14)

    Fis-26 ta’ Settembru 2016 tressaq każ quddiem il-Qorti tal-EFTA kontra l-Iżlanda mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Carsten Zatschler, Audur Ýr Steinarsdóttir u Øyvind Bø, li jaġixxu bħala Aġenti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, 35 Rue Belliard, B-1040 Brussell.

    L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:

    1.

    Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi fil-punt 17d tal-Kapitolu II tal-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE (id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE tas-6 ta’ Ottubru 1995 dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq), kif adattat għall-Ftehim skont il-Protokoll 1 tiegħu, billi

    i.

    naqset milli tiżgura li proporzjon rappreżentattiv ta’ konsenji ta’ merkanzija perikoluza li jinġarru fit-triq ikunu suġġetti għal kontrolli, kif meħtieġ mill-Artikolu 3(1);

    ii.

    naqset milli tuża l-lista ta’ verifika fl-Anness I tad-Direttiva meta twettaq dawn il-kontrolli, kif meħtieġ mill-Artikolu 4(1);

    iii.

    naqset milli tiżgura li l-kontrolli skont id-Direttiva huma aleatorji u li, sa fejn ikun possibbli, ikopru porzjon estensiv tan-netwerk tat-toroq, kif meħtieġ mill-Artikolu 4(2);

    iv.

    naqset milli tiżgura li l-postijiet magħżula għall-verifiki jippermettu li vetturi li jkunu qegħdin jiksru l-liġijiet jinġiebu f’konformità magħhom jew, jekk l-awtorità li tkun qed tagħmel il-verifika taħseb li jkun aħjar, li dawn jiġu mmobilizzati fuq il-post jew f’post maħsub għal dan l-għan mill-istess awtorità mingħajr ma jikkawżaw periklu għas-sigurtà, kif meħtieġ mill-Artikolu 4(3);

    v.

    ma żguratx, fejn ikun xieraq, u fejn dan ma jkunx joħloq periklu għas-sigurtà, kampjuni tal-merkanzija li tkun qedha tinġarr jistgħu jittieħdu biex jiġu eżaminati f’laboratorji li jkunu rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti, kif meħtieġ mill-Artikolu 4(4);

    vi.

    naqset milli tiżgura li l-kontrolli ma jaqbżux perjodu ta’ żmien raġonevoli, kif meħtieġ mill-Artikolu 4(5);

    vii.

    naqset milli tiżgura li vetturi li fir-rigward tagħhom jiġi stabbilit ksur wieħed jew aktar tar-regoli dwar it-trasport ta’ prodotti perikolużi, jistgħu jiġu mmobilizzati fuq il-post jew f’post maħsub għal dan l-għan mill-awtorità li tkun qedha tagħmel il-verifika u jkunu mitluba li jinġiebu f’konformità qabel ma jkomplu l-vjaġġ tagħhom jew li jistgħu jkunu suġġetti għal miżuri oħra xierqa, skont iċ-ċirkustanzi jew ir-rekwiżiti ta’ sigurtà, kif meħtieġ mill-Artikolu 5;

    viii.

    naqset milli tiżgura li jistgħu jitwettqu wkoll verifiki fuq il-post tal-impriżi, kif meħtieġ mill-Artikolu 6(1); kif ukoll

    ix.

    naqset milli tibgħat rapport annwali lill-ESA kif meħtieġ mill-Artikolu 9(1).

    2.

    Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti.

    L-isfond legali u fattwali u l-eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:

    L-applikazzjoni tindirizza n-nuqqas tal-Iżlanda milli tikkonforma, mhux aktar tard mis-16 ta’ Novembru 2015, b’opinjoni motivata mwassla mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fis-16 ta’ Settembru 2015 rigward in-nuqqas tal-Istat li jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Att imsemmi fil-punt 17d tal-Kapitolu II tal-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE (id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE tas-6 ta’ Ottubru 1995 dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq), kif adattat għall-Ftehim skont il-Protokoll 1 tiegħu.


    Top