This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2016/467/07
Call for proposals EACEA/41/2016 under the Erasmus+ programme — Key action 3: Support for policy reform — Initiatives for policy innovation — European forward-looking cooperation projects in the fields of education and training
Sejħa għal proposti EACEA/41/2016 taħt il-programm Erasmus+ — Azzjoni Ewlenija 3: Appoġġ għar-riforma tal-politika — Inizjattivi għall-innovazzjoni tal-politika — Proġetti ta’ Kooperazzjoni Ewropej Li Jħarsu ’L Quddiem fl-oqsma tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ
Sejħa għal proposti EACEA/41/2016 taħt il-programm Erasmus+ — Azzjoni Ewlenija 3: Appoġġ għar-riforma tal-politika — Inizjattivi għall-innovazzjoni tal-politika — Proġetti ta’ Kooperazzjoni Ewropej Li Jħarsu ’L Quddiem fl-oqsma tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ
ĠU C 467, 15.12.2016, p. 18–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 467/18 |
SEJĦA GĦAL PROPOSTI EACEA/41/2016
taħt il-programm Erasmus+
Azzjoni Ewlenija 3: Appoġġ għar-riforma tal-politika — Inizjattivi għall-innovazzjoni tal-politika
Proġetti ta’ Kooperazzjoni Ewropej Li Jħarsu ’L Quddiem fl-oqsma tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ
(2016/C 467/07)
1. Deskrizzjoni, Objettivi, u Prijoritajiet
Proġetti ta' Kooperazzjoni Progressivi (FLCPs) huma proġetti ta' kooperazzjoni transnazzjonali li għandhom l-għan li jidentifikaw, jittestjaw, jiżviluppaw jew jivvalutaw approċċi innovattivi tal-politika li għandhom il-potenzjal li jiġu integrati u jagħtu input għat-titjib fis-sistemi edukattivi u tat-taħriġ. Jenħtieġ li jipprovdu għarfien profond dwar il-grupp(i) fil-mira, sitwazzjonijiet tat-tagħlim jew tat-taħriġ u metodoloġiji u għodda effettivi li jgħinu fl-iżvilupp tal-politiki, kif ukoll konklużjonijiet rilevanti għal dawk li jfasslu l-politika fl-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livelli kollha.
Għaldaqstant jenħtieġ li l-FLCPs jitmexxew u jiġu implimentati minn partijiet interessati ewlenin b'rekord ippruvat ta' eċċellenza u għarfien tal-ogħla livell, li għandhom il-kapaċità li jinnovaw jew jilħqu impatt sistemiku permezz tal-attivitajiet tagħhom u l-potenzjal li jixprunaw l-aġenda politika fl-oqsma edukattivi u tat-taħriġ.
Proposti taħt din is-sejħa jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-prijoritajiet ġodda għal kooperazzjoni Ewropea stabbiliti fir-Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) (1).
L-objettivi speċifiċi ta' din is-sejħa huma:
— |
li jagħtu bidu għal bidliet fit-tul u soluzzjonijiet innovattivi ttestjati fuq il-post għal sfidi fl-oqsma tal-edukazzjoni u tat-taħriġ li għandhom il-potenzjal li jiġu integrati u li jiġġeneraw impatt sostenibbli u sistemiku fuq is-sistemi edukattivi u tat-taħriġ; |
— |
li jappoġġaw il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-għarfien reċiproku fi kwistjonijiet progressivi fost il-partijiet interessati ewlenin; |
— |
li jiffaċilitaw il-ġbir u l-analiżi tal-evidenza biex jissostanzjaw politiki u prattiki innovatttivi. |
Il-proposti sottomessi taħt din is-sejħa għandhom jindirizzaw waħda mill-ħames prijoritajiet elenkati hawn taħt:
— |
L-akwiżizzjoni ta’ ħiliet bażiċi minn adulti b’ħiliet baxxi; |
— |
Il-promozzjoni ta’ approċċi bbażati fuq il-prestazzjoni f’ETV; |
— |
Il-promozzjoni ta’ teknoloġija innovattiva fil-qasam tal-għoti ta’ gwida għall-karriera; |
— |
Il-professjonalizzazzjoni tal-persunal (edukazzjoni fl-iskejjel, li tinkludi edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal); |
— |
L-ilħuq tal-miri tal-istrateġija tal-UE mġedda għal edukazzjoni għolja. |
Il-proposti li ma jindirizzaw l-ebda waħda mill-ħames prijoritajiet tas-sejħa mhumiex se jiġu kkunsidrati.
2. Applikanti eliġibbli
It-terminu “applikanti” jirreferi għall-organizzazzjoni u l-istituzzjonijiet kollha li jipparteċipaw f’applikazzjoni irrispettivament mir-rwol tagħhom fil-proġett.
L-applikanti eleġibbli huma organizzazzjonijiet pubbliċi u privati attivi fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ jew setturi oħra bħal tagħlim mhux formali, li jinkludi fost oħrajn, iż-żgħażagħ, setturi soċjoekonomiċi oħra, u/jew organizzazzjonijiet li jwettqu attivitajiet transsettorjali.
L-applikanti meqjusin eliġibbli biex iwieġbu għal din is-sejħa huma:
— |
awtoritajiet pubbliċi fil-livell nazzjonali/reġjonali/lokali responsabbli għal politika dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ; |
— |
organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ (NGOs), privati jew pubbliċi; |
— |
ċentri tar-riċerka; |
— |
skejjel jew istituzzjonijiet edukattivi oħrajn; |
— |
istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja; |
— |
kmamar tal-kummerċ; |
— |
netwerks tal-partijiet ikkonċernati; |
— |
ċentri ta’ rikonoxximent; |
— |
korpi tal-valutazzjoni/garanzija tal-kwalità; |
— |
organizzazzjonijiet tal-kummerċ u impjegaturi; |
— |
trade unions u assoċjazzjonijiet tal-persunal; |
— |
servizzi ta’ gwida għall-karriera; |
— |
organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u kulturali; |
— |
kumpaniji; |
— |
organizzazzjonijiet internazzjonali. |
L-applikazzjonijiet mill-entitajiet ġuridiċi stabbiliti fil-pajjiżi tal-programm li ġejjin biss huma eliġibbli:
— |
it-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea; |
— |
il-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja; |
— |
il-pajjiżi kandidati tal-UE: l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u t-Turkija. |
Ir-rekwiżit minimu tal-kompożizzjoni tas-sħubija għal din is-sejħa huwa ta’ 3 organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw 3 pajjiżi tal-programm.
3. Attivitajiet Eliġibbli u d-Durata tal-Proġett
L-attivitajiet għandhom jibdew fl-1 ta’ Novembru 2017, l-1 ta’ Diċembru 2017 jew fl-1 ta’ Jannar 2018.
Id-durata tal-proġett għandha tkun ta' bejn 24 u 36 xahar. Madankollu, jekk wara l-iffirmar tal-ftehim u l-bidu tal-proġett, għal raġunijiet kompletament iġġustifikati li mhumiex fil-kontroll tagħhom, isir impossibbli għall-benefiċjarji li jtemmu l-proġett fi żmien il-perjodu skedat, tista' tingħata estensjoni għall-perjodu ta' eliġibbiltà. Tingħata estensjoni massima ta' 6 xhur oħra, jekk it-talba ssir qabel id-data ta’ skadenza speċifikata fil-ftehim ta’ għotja.
L-attivitajiet li sejrin jiġu ffinanzjati taħt din is-sejħa jistgħu jinkludu (lista mhux eżawrjenti):
— |
Analiżi, studji, eżerċizzji ta’ mmappjar; |
— |
Attivitajiet ta’ riċerka; |
— |
Attivitajiet ta’ taħriġ; |
— |
Abbozzar ta’ rapporti, konklużjonijiet ta’ proġetti, rakkomandazzjonijiet ta’ politika; |
— |
Sessjonijiet ta’ ħidma; |
— |
Konferenzi/seminars; |
— |
Testijiet u valutazzjonijiet ta’ approċċi innovattivi fil-livell bażiku; |
— |
Sensibilizzazzjoni u azzjonijiet ta’ tixrid; |
— |
Attivitajiet immirati lejn il-ħolqien u t-titjib ta’ netwerks, l-iskambju ta’ prattika tajba; |
— |
Żvilupp ta’ għodod tal-ICT (softwer, pjattaformi, applikazzjonijiet, eċċ.) jew riżorsi ta' tagħlim; |
— |
Żvilupp ta’ outputs intelletwali. |
4. Kriterji tal-Għoti
L-applikazzjonijiet eliġibbli se jiġu vvalutati abbażi l-esklużjoni, l-għażla u l-kriterji tal-għoti (2).
Il-kriterji tal-għoti huma li ġejjin:
1. |
Ir-rilevanza tal-proġett (30 %) |
2. |
Il-kwalità tat-tfassil tal-proġett u l-implimentazzjoni (30 %) |
3. |
Il-kwalità tas-sħubija u l-arranġamenti ta' kooperazzjoni (20 %) |
4. |
L-impatt fuq l-iżvilupp tal-politika u t-tixrid (20 %) |
Il-proposti li jkunu ssodisfaw il-limiti ta’ kwalità minimi biss:
— |
tal-inqas limitu ta’ 50 % għal kull kriterju (jiġifieri minimu ta’ 15-il punt għal “Rilevanza tal-proġett” u “Kwalità tat-tfassil tal-proġett u l-implimentazzjoni” rispettivament; 10 punti għal “Kwalità tas-sħubija u arranġamenti ta’ kooperazzjoni” u “Impatt fuq l-iżvilupp tal-politika u t-tixrid” rispettivament; u |
— |
tal-inqas limitu ta' 70 % fuq il-punteġġ totali (jiġifieri punteġġ aggregat tal-4 kriterji tal-għoti) |
se jiġu kkunsidrati għall-finanzjament tal-UE. L-applikazzjonijiet li jinżlu taħt dawk il-limiti jiġu miċħuda.
5. Baġit
Il-baġit totali disponibbli għall-kofinanzjament tal-proġetti taħt is-sejħa preżenti huwa ta' EUR 8 000 000.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-UE ma tistax taqbeż il-75 % tal-kostijiet totali tal-proġetti eliġibbli.
L-għotja massima għal kull proġett hija ta’ EUR 500 000.
L-Aġenżija tirriżerva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli għal din is-sejħa.
6. Data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Marzu 2017 — 12.00 nofsinhar CET.
L-applikanti huma mitluba jaqraw sew l-informazzjoni kollha dwar is-sejħa għal proposti, il-proċedura ta’ sottomissjoni u jużaw id-dokumenti li jiffurmaw parti mill-applikazzjoni (Pakkett tal-Applikazzjoni) fuq: https://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus/funding/forward-looking-cooperation-projects-2017-eacea412016_en
Il-formola tal-applikazzjoni hija disponibbli fuq l-Internet fl-indirizz li ġej: https://eacea.ec.europa.eu/PPMT/
Il-Pakkett tal-Applikazzjoni sħiħ għandu jiġi sottomess online permezz tas-sottomissjoni ta’ formola elettronika korretta, jimtela kif suppost u jkun fih l-annessi u d-dokumenti ta' appoġġ rilevanti u applikabbli kollha.
Il-formoli tal-applikazzjoni li ma jinkludux l-informazzjoni meħtieġa kollha u li ma jiġux sottomessi online sad-data ta’ skadenza mhumiex se jiġu kkunsidrati.
7. Aktar informazzjoni
Għal aktar dettalji jekk jogħġbok irreferi għal-Linji Gwida għall-Applikanti.
Il-Linji Gwida għall-Applikanti u l-Pakkett tal-Applikazzjoni huma disponibbli fuq is-sit web li ġej: https://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus/funding/forward-looking-cooperation-projects-2017-eacea412016_en
Dettalji ta’ kuntatt tal-posta elettronika: EACEA-Policy-Support@ec.europa.eu
(1) ĠU C 417, 15.12.2015, p. 25.
(2) Ara l-Linji gwida għall-Applikanti taqsimiet 7, 8 u 9.