Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0616

    Kawża T-616/15: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Novembru 2015 – Transtec vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 27, 25.1.2016, p. 67–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 27/67


    Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Novembru 2015 – Transtec vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-616/15)

    (2016/C 027/85)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Transtec (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjonijiet ta’ kumpens tal-Kummissjoni Ewropea inklużi fl-ittri tagħha tal-25 ta’ Awwissu, 27 ta’ Awwissu, 7 ta’ Settembru, 16 ta’ Settembru u 23 ta’ Settembru 2015 u maħsuba għall-irkupru tal-ammont ta’ EUR 624 388,73;

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-ammont ta’ EUR 624 388,73 miżjud bl-interessi moratorji, li għandhom jiġu stabbiliti abbażi tar-rata regolatorja tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda b’żewġ punti;

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ kumpens għad-dannu morali ivvalutat b’mod simboliku fl-ammont ta’ EUR 1;

    Motivi u agrumenti prinċipali

    1.

    L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, sa fejn id-deċiżjonijiet ikkontestati ma għandhomx bażi legali valida.

    2.

    It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ arrikkiment indebitu, peress li l-ammont ta’ EUR 607 096,08, miżjud bl-interessi, ittieħed mill-patrimonju tar-rikorrenti u tejjeb il-patrimonju tal-Kummissjoni mingħajr ma kien hemm bażi legali għal dan l-arrikkiment.

    3.

    It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 42, 44, 45 u 47 tar-Regolament finanzjarju tas-27 ta’ Marzu 2003 applikabbli għad-9 Fond Ewropew għall-iżvilupp, sa fejn il-Kummissjoni ma eżerċitatx is-setgħa ta’ evalwazzjoni mogħtija lilha minn dawn id-dispożizzjonijiet, kif ukoll fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

    4.

    Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministazzjoni tajba, sa fejn il-Kummissjoni interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

    5.

    Il-ħames motiv huwa bbażat fuq żbaljji manifesti ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni.


    Top