This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0370
Case T-370/15 P: Appeal brought on 9 July 2015 by CJ against the judgment of the Civil Service Tribunal of 29 April 2015 in joined cases F-159/12 and F-161/12, CJ v ECDC
Kawża T-370/15 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2015 minn CJ mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ April 2015 fil-kawżi magħquda F-159/12 u F-161/12, CJ vs ECDC
Kawża T-370/15 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2015 minn CJ mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ April 2015 fil-kawżi magħquda F-159/12 u F-161/12, CJ vs ECDC
ĠU C 311, 21.9.2015, pp. 51–52
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
21.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/51 |
Appell ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2015 minn CJ mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ April 2015 fil-kawżi magħquda F-159/12 u F-161/12, CJ vs ECDC
(Kawża T-370/15 P)
(2015/C 311/56)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: CJ (Agios Stefanos, il-Greċja) (rappreżentant: V. Kolias, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)
Talbiet
|
— |
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta’ April 2015 fil-kawżi magħquda F-159/12 u F-161/12, CJ vs ECDC, sa fejn dan:
|
|
— |
konsegwentement, f’każ li l-appell kellu jiġi ddikjarat fondat:
|
|
— |
tordna lill-ECDC jħallas l-ispejjeż kollha tal-proċeduri fl-ewwel istanza u fl-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka seba’ aggravji.
|
1. |
L-ewwel aggravju, li jallega li t-Tribunal kiser il-prinċipju ta’ audi alteram partem billi ċaħad ir-replika tal-appellant bħala inammissibbli għaliex il-korp u l-annessi tagħha ma kinux jaqblu direttament ma’ xi annessi tar-risposta tal-ECDC; |
|
2. |
It-tieni aggravju, li jallega li t-Tribunal naqas milli jiddeċiedi dwar talbiet inċidentali mqajma għall-ewwel darba matul il-proċeduri, intiżi għal kumpens għal danni morali kkawżati minn xi dikjarazzjonijiet magħmula fir-risposta tal-ECDC; |
|
3. |
It-tielet aggravju, li jallega li t-Tribunal kiser l-Artikolu 91(1) tar-Regolamenti tal-Persunal meta kkunsidra li huwa stess ma kienx awtorizzat li jeżamina l-veriċità tal-allegazzjonijiet ta’ amministrazzjoni finanzjarja ħażina fl-ECDC peress li dawn kienu preċedentement ġew eżaminati mill-OLAF; |
|
4. |
Ir-raba’ aggravju, li jallega li t-Tribunal wettaq żball fl-interpretazzjoni;
|
|
5. |
Il-ħames aggravju, li jallega li t-Tribunal wettaq żball fl-interpretazzjoni tal-ewwel, tal-ħames u tat-tmien motivi u tat-talbiet; |
|
6. |
Is-sitt aggravju, li jallega li t-Tribunal wettaq klassifikazzjoni legali żbaljata ta’ ċerti fatti; |
|
7. |
Is-seba’ aggravju, li jallega li t-Tribunal wettaq distorsjoni ta’ xi provi. |