EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0514

Kawża T-514/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2015 – AgriCapital vs UASI – agri.capital (AGRI.CAPITAL) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AGRI.CAPITAL — Trade marks Komunitarji verbali preċedenti AgriCapital u AGRICAPITAL — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ xebh tas-servizzi — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

ĠU C 236, 20.7.2015, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 236/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2015 – AgriCapital vs UASI – agri.capital (AGRI.CAPITAL)

(Kawża T-514/13) (1)

((Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AGRI.CAPITAL - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti AgriCapital u AGRICAPITAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ xebh tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

(2015/C 236/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AgriCapital Corp. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Meyer u M. Gramsch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: agri.capital GmbH (Münster, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Nordemann-Schiffel, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Lulju 2013 (Każ R 2236/2012-2), dwar proċedimenti ta’oppożizzjoni bejn AgriCapital Corp. u agri.capital GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

AgriCapital Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 352, 30.11.2013.


Top