EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0173

Kawża C-173/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-17 ta’ April 2015 – GE Healthcare GmbH vs Hauptzollamt Düsseldorf

ĠU C 236, 20.7.2015, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 236/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-17 ta’ April 2015 – GE Healthcare GmbH vs Hauptzollamt Düsseldorf

(Kawża C-173/15)

(2015/C 236/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GE Healthcare GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Düsseldorf

Domandi preliminari

1)

Drittijiet tal-awtur jew drittijiet ta’ liċenzji, fis-sens tal-Artikolu 32(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1) (iktar ’il quddiem il-“Kodiċi Doganali”) jistgħu jiġu inklużi fil-valur doganali meta la fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt u lanqas fil-mument ta’ riferiment għall-bidu tad-dejn doganali li, f’każ ta’ tilwima, huwa ddeterminat skont dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 201(2) u tal-Artikolu 214(1) tal-Kodiċi Doganali, ma huwa stabbilit li drittijiet tal-awtur u drittijiet ta’ liċenzji kienu dovuti?

2)

F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda: drittijiet tal-awtur u drittijiet ta’ liċenzji ta’ trade mark, fis-sens tal-Artikolu 32(1)(ċ) tal-Kodiċi Doganali, jistgħu jiġu relatati ma’ merkanzija importata, minkejja li dawn id-drittijiet tal-awtur jew drittijiet ta’ liċenzji jitħallsu wkoll għal servizzi, kif ukoll għall-użu tal-għerq tal-isem tal-grupp ta’ kumpanniji komuni?

3)

F’każ ta’ risposta affermattiva għat-tieni domanda: drittijiet tal-awtur u drittijiet ta’ liċenzji ta’ trade mark, fis-sens tal-Artikolu 32(1)(ċ) tal-Kodiċi Doganali, jistgħu jkunu kundizzjoni tal-bejgħ għall-esportazzjoni ta’ merkanzija importata b’destinazzjoni lejn il-Komunità fis-sens tal-Artikolu 32(5)(b) tal-Kodiċi Doganali, minkejja li l-ħlas ta’ dawn id-drittijiet tal-awtur jew drittijiet ta’ liċenzji huwa meħtieġ u jseħħ minn impriża marbuta kemm mal-bejjiegħ kif ukoll max-xerrej?

4)

F’każ ta’ risposta affermattiva għat-tielet domanda u fl-ipoteżi fejn, bħal f’dan il-każ, id-drittijiet tal-awtur u drittijiet ta’ liċenzji huma parzjalment relatati mal-merkanzija importata u parzjalment ma’ servizzi sussegwenti għall-importazzjoni: isegwi mid-distribuzzjoni xierqa li għandha sseħħ unikament abbażi ta’ data oġġettiva u kwantifikabbli skont l-Artikolu 158(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament 2454/93”), minn naħa, u skont in-nota interpretattiva dwar l-Artikolu 32(2) tal-Kodiċi Dognali li hija inkluża fl-Anness 23 tar-Regolament 2454/93, min-naħa l-oħra, li huwa biss valur doganali stabbilit skont l-Artikolu 29 tal-Kodiċi Doganali li jista’ jiġi rrettifikat, jew jista’ jkun il-każ li, f’sitwazzjoni fejn il-valur doganali ma jkunx jista’ jiġi stabbilit skont l-Artikolu 29, id-distribuzzjoni prevista fl-Artikolu 158(3) tar-Regolament 2454/93 tkun possibbli sa fejn dawn l-ispejjeż ma jittiħdux inkunsiderazzjoni, meta jiġi stabbilit il-valur doganali skont l-Artikolu 31 tal-Kodiċi Doganali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3.


Top