Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0349

    Kawża C-349/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Mejju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Ministre délégué, chargé du budget vs Marlène Pazdziej (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea — It-tieni paragrafu tal-Artikolu 12 — Taxxa miġbura favur awtoritajiet lokali mingħand persuni li għandhom proprjetà residenzjali fit-territorju ta’ dawn tal-aħħar — Limitu massimu — Miżura soċjali — Teħid inkunsiderazzjoni tal-pagi, tas-salarji u tar-remunerazzjonijiet imħallsa mill-Unjoni Ewropea lill-uffiċjali u lill-impjegati l-oħra tagħha)

    ĠU C 236, 20.7.2015, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.7.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 236/20


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Mejju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Ministre délégué, chargé du budget vs Marlène Pazdziej

    (Kawża C-349/14) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 12 - Taxxa miġbura favur awtoritajiet lokali mingħand persuni li għandhom proprjetà residenzjali fit-territorju ta’ dawn tal-aħħar - Limitu massimu - Miżura soċjali - Teħid inkunsiderazzjoni tal-pagi, tas-salarji u tar-remunerazzjonijiet imħallsa mill-Unjoni Ewropea lill-uffiċjali u lill-impjegati l-oħra tagħha))

    (2015/C 236/28)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Conseil d’État

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Ministre délégué, chargé du budget

    Konvenut: Marlène Pazdziej

    Dispożittiv

    It-tieni paragrafu tal-Artikolu 12 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattati UE, FUE u KEFA, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tieħu inkunsiderazzjoni s-salarji, il-pagi u l-emolumenti mħallsa mill-Unjoni Ewropea lill-uffiċjali u lill-impjegati l-oħra tagħha għad-determinazzjoni tal-limitu massimu tal-kontribuzzjonijiet dovuti bħala taxxa fuq il-proprjetà residenzjali miġbura favur il-kollettivitajiet territorjali, fid-dawl ta’ eżenzjoni possibbli minnha.


    (1)  ĠU C 372, 20.10.2014.


    Top