EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0322

Kawża C-322/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Mejju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Krefeld – il-Ġermanja) – Jaouad El Majdoub vs CarsOnTheWeb.Deutschland GmbH (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 23 — Klawżola ta’ ġurisdizzjoni — Rekwiżiti proċedurali — Trażmissjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi li tippermetti r-reġistrazzjoni dewwemija tal-klawżola — Kunċett — Kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ li jistgħu jiġu kkonsultati u pprintjati permezz ta’ link li jippermetti li jidhru f’tieqa ġdida — Teknika tal-aċċettazzjoni permezz ta’ “klikk”)

ĠU C 236, 20.7.2015, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 236/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Mejju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Krefeld – il-Ġermanja) – Jaouad El Majdoub vs CarsOnTheWeb.Deutschland GmbH

(Kawża C-322/14) (1)

((Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 23 - Klawżola ta’ ġurisdizzjoni - Rekwiżiti proċedurali - Trażmissjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi li tippermetti r-reġistrazzjoni dewwemija tal-klawżola - Kunċett - Kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ li jistgħu jiġu kkonsultati u pprintjati permezz ta’ link li jippermetti li jidhru f’tieqa ġdida - Teknika tal-aċċettazzjoni permezz ta’ “klikk”))

(2015/C 236/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Krefeld

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jaouad El Majdoub

Konvenuta: CarsOnTheWeb.Deutschland GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-teknika ta’ aċċettazzjoni permezz ta’ “klikk” tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ kuntratt ta’ bejgħ, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, konkluż permezz ta’ mezzi elettroniċi, li jinkludu klawżola ta’ ġurisdizzjoni, tikkostitwixxi trażmissjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi li tippermetti r-reġistrazzjoni dewwemija ta’ din il-klawżola, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta din it-teknika tagħmel possibbli l-ipprintjar u l-issejvjar tat-test tagħhom qabel il-konklużjoni tal-kuntratt.


(1)  ĠU C 315, 15.9.2014


Top