This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0490
Case C-490/14: Request for a preliminary ruling from the Bundesgerichtshof (Germany) lodged on 6 November 2014 — Freistaat Bayern v Verlag Esterbauer GmbH
Kawża C-490/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis- 6 ta’ Novembru 2014 – Freistaat Bayern vs Verlag Esterbauer GmbH
Kawża C-490/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis- 6 ta’ Novembru 2014 – Freistaat Bayern vs Verlag Esterbauer GmbH
ĠU C 34, 2.2.2015, pp. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
2.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 34/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Novembru 2014 – Freistaat Bayern vs Verlag Esterbauer GmbH
(Kawża C-490/14)
(2015/C 034/05)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Freistaat Bayern
Konvenuta: Verlag Esterbauer GmbH
Domanda preliminari
Fl-ambitu tat-tweġiba għall-kwistjoni ta’ jekk teżistix kollezzjoni ta’ materjali indipendenti fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 96/9/KE (1), peress li l-materjali jistgħu jiġu sseparati minn xulxin mingħajr ma jiġi affettwat il-valur informattiv tagħhom, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni kull valur informattiv prevedibbli jew biss il-valur li għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-iskop tal-kollezzjoni u billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-aġir tal-utent li jirriżulta b’mod ġenerali?
(1) Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 1996, dwar il-protezzjoni legali ta’ databases, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 459.