Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0485

    Kawża T-485/14: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Ġunju 2014 – Bon Net vs UASI– Aldi (Bon Appétit!)

    ĠU C 261, 11.8.2014, p. 53–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.8.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 261/53


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2014 – Bon Net vs UASI– Aldi (Bon Appétit!)

    (Kawża T-485/14)

    2014/C 261/83

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Bon Net OOD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: A. Ivanova, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim/Ruhr, il-Ġermanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ April 2014 fil-Każ R 1199/2013-2.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kulur aħmar, abjad u blu li tinkludi l-elementi verbali “Bon Appétit!” għal prodotti fil-klassi 29 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 693 764

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjonijiet ta’ trade marks nazzjonali

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja


    Top